KJARIFIKA DWAR L-UFFIĊĊJU TAL-KUMMISSARJU GĦAR-REFUĠJATI
B'referenza għar-rapport li deher f'wieħed mill-gurnali tal-Ħadd, 9 ta' Lulju 2006, dwar l-istaff ta' l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati, għandu jiġi ċċarat dan li ġej:
Ma hemm ħadd fost in-nies li jaħdmu f'dan l-uffiċċju li nstab li għandu l-marda tat-TB. Kien hemm impjeġati li nstabu li għandhom is-sinjali ta' "latent" TB, li mhix infettiva. Dawn l-impjeġati mill-ewwel ingħataw il-pariri mediċi meħtieġa fiċ-ċirkustanzi.
Qed isiru konsultazzjonijiet fl-ogħla livell, bejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern u l-Ministeru tas-Saħħa, dwar x'jista' jsir iktar u aħjar, biex l-istaff tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati u tal-Bord ta' l-Appell, kif ukoll kull min jagħti servizz fiċ-ċentri magħluqin ta' l-immigranti, jkun imħares daqskemm possibbli.
Il-Gvern jassigura lil dawk kollha li jagħtu servizz f'dawn iċ-ċentri li s-servizz tagħhom hu apprezzat ħafna. Kull meta jkun hemm xi ħadd li jiltaqa' ma' problemi personali fl-għoti ta' dan is-servizz, dan dejjem nissel preokkupazzjoni.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958