klandestini eġizzjani jintbgħatu lura lejn pajjizhom
Beda l-proċess għar-ripatriju tal-266 klandestini li daħlu Malta fil-28 ta’ Ġunju 2006. Fil-fatt l-ewwel grupp ta’ 70 immigrant ta’ nazzjonalita’ Eġizzjana ntbagħtu lura nhar it-Tlieta, 4 ta’ Lulju 2006, permezz ta’ titjira “chartered” minn Malta għall-Kajr.
Dan ir-ripatriju kien possibbli bil-ħidma konġjunta tal-Ministeru ta’ l-Intern, il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u s-Segretarjat Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Il-ħidma ko-ordinata tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta wasslet sabiex dan ir-ritorn seta’ jibda f’inqas minn ġimgħa mill-wasla ta’ dawn l-immigranti.
Il-Gvern Malti jixtieq pubblikament jirrikonoxxi l-għajnuna u l-ko-operazzjoni mmedjata li l-Gvern Eġizzjan, permezz ta’ l-Ambaxxata Eġizzjana f’Malta, ta lill-awtoritajiet Maltin f’dan l-eżerċizzju.
Din l-għajnuna mmedjata hija manifestazzjoni konkreta tar-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi, u tal-fatt li l-Eġittu wera li huwa pajjiż verament ħabib ta’ Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958