STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TA’ L-ONOR. TONY ABELA, B’REFERENZA GĦALL-PJANTA ESEBITA MILL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI
B’referenza għall-pjanta/siteplan esebita mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni nhar il-Ħadd li għadda fejn reġa’ allega li l-Onor. Abela qed juża s-Segretarjat tiegħu bħala Uffiċċju Nutarili, qed jiġi għal darb’oħra mtenni li:
1. Dan mhux minnu.
2. L-Onor. Alfred Sant qed iqarraq b’dak li jgħid; il-pjanta esebita minn Dr. Alfred Sant, intużat mal-Lands Department fuq kjarifika dwar qbiela ta’ art tal-Gvern u mhux kif ipprova jimplika l-istess Dr. Sant fejn qal li ntużat b’relazzjoni ma’ xogħol Nutarili. Dan kollu sar fuq talba ta’ ċittadini dwar materja politika.
3. Il-persuna kkonċernata li kienet kellmet lill-Onor. Tony Abela fuq l-istess każ, bħala rappreżentant politiku, ikkonfermat li hi la qatt kellmet u wisq anqas awtorizzat lill-Onor. Alfred Sant sabiex juża d-dokumenti tagħha fil-pubbliku.
4. Dan kollu qed isir b’abbuż minn Dr. Sant fuq il-persuni kkonċernati li tagħhom qed iqajjem il-każijiet fil-pubbliku.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958