Left arrow Mur Lura

Dinja Maġika - Ktieb mit-Tfal għat-Tfal

PR1006
Date Icon 05/07/2006

It-tfal ta’ l-Iskola Primarja Tumas Dingli ta’ Ħ’Attard flimkien ma’ tfal minn skola fil-Ġermanja u skola oħra fl-Italja kitbu tlett stejjer bl-ingliż li, wara li tlestew, kienu tradotti fil-lingwi ta’ l-iskejjel li pparteċipaw jiġifieri bil-Malti, bit-Taljan u bil-Ġermaniż u ġew mitbugħa fi ktieb bi stampi kuluriti mit-tfal stess.  Il-ktieb se jkun għall-bejħ biex tfal oħra jkunu jistgħu jaqraw dawn l-istejjer. 

Il-proġett hu wieħed mid-diversi li qed isiru fl-iskejjel primarji u sekondarji taħt il-programm Comenius.  L-iskola ta’ Ħ’Attard, flimkien ma’ l-iskejjel Volksschule Würzburg-Heuchelhof (Grundschule) tal-Ġermanja u Direzione Didattica Omegna 1 Circolo ta’ l-Italja, issieħbu f’dan il-proġett bl-iskop li filwaqt li t-tfal jitgħallmu aktar dwar kif jistgħu jiktbu stejjer qosra, jikkollaboraw ma’ tfal minn pajjiżi b’kulturi, ħsibijiet u ideat differenti. 

Madwar 60 tifel u tifla mill-Year 4 ħadmu fuq l-istejjer u l-istampi għal dan il-ktieb.  Kull skola bdiet storja tagħha u kompliet fuq l-istejjer li ġew mill-iskejjel l-oħra biex b’hekk kull storja kellha l-kitba u l-ideat tat-tlett iskejjel.  L-istampi wkoll saru u ntgħażlu mit-tfal biex b’hekk, il-ktieb hu kompletament xogħol it-tfal bl-għajnuna ta’ l-għalliema tagħhom.  Il-proġett beda b’taħriġ għall-istudenti li sar fil-Ġermanja u li fih attendew diversi studenti Maltin kif ukoll il-kittieb Malti Trevor Zahra, li mexxa wkoll parti mill-workshops.  Xi studenti oħra telgħu l-Italja fejn kellhom l-opportunità juru x-xogħlijiet artistiċi tagħhom. 

Aktar kmieni din is-sena, il-ktieb tlesta u saret attivita’ f’Malta biex ikun varat il-ktieb ’Dinja Maġika’.  Il-ktieb ġie ppreżentat lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea mill-Kap ta’ l-Iskola s-Sur Mario Testa.  Fi kliem is-Sur Testa, il-proġett ħalla marka edukattiva pożittiva ħafna fl-imħuħ ta’ l-istudenti li pparteċipaw.  ‘Il-proġett ipprovda opportunità oħra biex it-tfal isiru jafu b’kulturi u tradizzjonijiet differenti ta’ pajjiżi Ewropej oħra.   

Kienet esperjenza li tgħallem ħafna speċjalment meta tara li l-istorja li bdejna aħna bħala skola, kompliet b’mod kompletament differenti meta komplewa fil-Ġermanja u fl-Italja u dan juri d-diversità tal-kulturi u l-mod kif naħsbu f’pajjiżi differenti.’  Is-Sur Testa temm jgħid li l-ktieb juri kemm it-tfal Maltin u dawk kollha li pparteċipaw huma kapaċi jaħdmu flimkien għalkemm huma minn kulturi u pajjiżi differenti u dan jawgura tajjeb għall-futur. 

Il-Ministru Louis Galea faħħar din l-inizjattiva u qal li l-programmi edukattivi ta’ l-UE qed iħallu impatt pożittiv immens fost l-istudenti tagħna u għalkemm ħafna drabi ix-xogħol ma jidhirx minn barra,  l-iskejjel u l-istudenti jaħdmu ħafna u bil-qalb fuq dawn il-proġetti.   

Il-Ministru Galea sostna li fl-edukazzjoni nibdew naħsdu l-frott tal-bidliet li jseħħu jew inizjattivi li jittieħdu wara numru ta’ snin u hekk kif issa bdejn naħsdu l-frott ta’ bidliet li saru f’dawn l-aħħar snin, fosthom il-kurrikulu nazzjonali u l-kompjuterizzazjoni fl-iskejjel, hekk ukoll fis-snin li ġejjin nibdew naħsdu l-frott tal-ħidma li qed issir illum permezz ta’ dawn il-proġetti u inizjattivi oħra.  Louis Galea awgura li aktar tfal ikollhom opportunitajiet bħal dawn biex ikollna ġenerazzjoni ta’ tfal b’għarfien tal-kulturi Ewropej li jkunu kapaċi jikkomunikaw u jikkollaboraw ma’ nies minn pajjiżi oħra ta’ l-Ewropa – ħaġa li tkun ta’ benefiċċju kbir għal pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow