Left arrow Go Back

RAPPORT DWAR L-EFFIĊJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI

PR0998
Date Icon 03/07/2006

Id-Dipartiment Għall-Gvern Lokali ppubblika u qed iqassam lill-Kunsilli Lokali, it-tielet Rapport għas-sena 2005 dwar l-Effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali li jkopri l-perjodu Awissu - Novembru 2005. 

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern poġġa dan ir-Rapport fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti, il-bieraħ, 3 ta’ Lulju 2006. 

Dan huwa l-ħamsa u tletin Rapport li qed jitressaq fil-Kamra tar-Rappreżentanti. 

F’ dan ir-rapport wieħed jista’ janalizza fid-dettall ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru bejn Awissu – Novembru 2005, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu Awissu – Novembru 2004, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn Awissu – Novembru 2005. 

F’ dan il-perjodu d-Dipartiment spezzjona u analizza terz tal-Kunsilli Lokali, tmintax Kunsill Lokali f’Malta u erbgħa f’Għawdex. 

Fil-konklużjoni ta’ dan ir-rapport qed toħroġ statistika li turi l-Kunsill Lokali bl-ogħla marka medja, kif ukoll il-Kunsill Lokali bl-anqas marka medja.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow