Left arrow Mur Lura

IR-RETTUR IL-ĠDID JIBDA L-ĦIDMA FL-UNIVERSITA`

PR0997
Date Icon 03/07/2006

Illum, il-Professur Juanito Camilleri, ir-Rettur il-ġdid ta’ l-Universita` ta’ Malta, għamel żjara ta’ korteżija lill-President ta’ Malta Edward Fenech Adami, lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagh u Xogħol Louis Galea. 

Il-Professur Juanito Camilleri, beda uffiċjalment il-ħidma tiegħu bħala rettur fl-1 ta’ Lulju 2006, wara li tliet xhur ilu ġie elett Rettur mill-Kunsill ta’ l-Universita`. Huwa qed jissuċċedi fil-kariga lill-Professur Roger Ellul Micallef li serva bħala Rettur għall-għaxar snin li għaddew.

Il-Prim Ministru irringrazzja lill-Professur Camilleri li aċċetta li jservi lill-poplu kollu f’waħda mill-aktar karigi importanti għal pajjizna.  Huwa fisser l-apprezzament tiegħu li l-Professur Camilleri aċċetta li jitlaq karriera distinta u ta’ success fis-settur privat, biex jiddedika ruħu għall-Universita` u għall-interess nazzjonali.

Dr Gonzi saħaq li l-Gvern qed jagħti priorita’ qawwija lis-settur ta’ l-edukazzjoni avvanzata u ogħla u fil-fatt qed jiddedika investiment ta’ miljuni ta’ liri għal dan il-qasam. Il-Gvern hu impenjat li jkompli jsaħħaħ l-investiment tiegħu f’dan is-settur biex ikompli jiżdied in-numru ta’ Maltin u Għawdxin, speċjalment żgħażagħ, li jilħqu dawn il-livelli ta’ edukazzjoni u taħriġ. Il-Gvern irid ukoll li jitjiebu l-kwalita’ u r-riżultati fl-oqsma tar-riċerka,  innovazzjoni, xjenzi, inġinerija u teknoloġija.  L-Universita` ta’ Malta, l-unika Universita` li għandu pajjiżna, kienet u għadha strumentali għall-iżvilupp politiku, ekonomiku, soċjali u kulturali tal-poplu tagħna.  Fil-fatt, l-Universita` tat lill-pajjiżna l-mexxejja u l-ħaddiema kollha li kellna bżonn. 

“Illum il-ġurnata, Universita` ta’ kwalita` u b’saħħitha hija kruċjali għall-iżvilupp u l-prosperita’ ta’ pajjiżna u biex il-poplu tiegħu jsaħħaħ l-identita’ tiegħu b’apprezzament akbar ta’ l-arti, il-kultura u l-valuri tal-poplu tagħna.˝ qal il-Prim Ministru. 

Il-Prim Ministru stqarr li ried li jirringrazzja u juri l-apprezzament tiegħu lir-Rettur uxxenti, il-Professur Roger Ellul Micallef, għas-servizz li ta lill-pajjiż fit-tmexxija ta’ l-Universita` matul l-għaxar snin li għaddew.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow