Left arrow Mur Lura

GĦAJNUNA LIL NGOs (ORGANIZZAZZJONIJIET MHUX GOVERNATTIVI) - RILAXX TA’ UFFIĊJALI  PUBBLIĊI

PR0992
Date Icon 03/07/2006

Il-gvern japprezza u jħeġġeġ il-kontribuzzjoni siewja ta’ l-NGOs lis-socjeta’ Maltija.  Is-sena l-oħra, il-gvern irreveda l-politika tiegħu dwar ir-rilaxx ta’ uffiċjali pubbliċi biex jaħdmu ma’ NGOs.  L-għan ta’ din il-miżura kien li nagħtu definizzjoni iżjed ċara kemm ta’ l-NGOs li huma eliġibbli, kif ukoll tal-kundizzjonijiet u l-kriterji li se jiddeterminaw dan ir-rilaxx.  Il-politika riveduta hija spjegata fiċ-Ċirkular tal-UPM 28/2005.

Il-kriterji l-ġodda (i) jiċċaraw x’inhuma r-rekwiżiti ta’ l-NGOs biex ikunu meqjusa eliġibbli għal dawn il-benefiċċji, (ii) jorbtu ir-rilaxx ma’ riżultati identifikati u kwantifikati u (iii) jorbtu dan il-benefiċċju ma’ forom oħra ta’ assistenza mogħtija lil dik l-NGO partikulari. 

Jidher li numru ta’ NGOs sabu xi diffikultajiet biex jadattaw ma’ din il-politika ġdida u kien deċiż li jingħata żmien ta’ tranżizzjoni sabiex jiġu applikati l-miżuri l-ġodda sakemm il-proċessi meħtieġa jkunu mifhuma u dawn ikunu applikati mill-partijiet kollha interessati.  Dan kien jinvolvi wkoll proċess ta’ konsultazzjoni fejn NGOs interessati ġew megħjuna biex jimmaniġġjaw aħjar il-proċess tal-bidla. 

L-NGOs interessati li jissodisfaw il-kriterji neċessarji dwar l-eliġibilita’, kif spjegati fiċ-Ċirkulari tal-UPM 28/2005, huma mistiedna għal darb’oħra biex jipparteċipaw f’din l-iskema, billi jew jitolbu t-tiġdid ta’ rilaxx eżistenti għal perjodu ieħor ta’ sena, jew jagħmlu talba għal rilaxx ġdid. 

L-applikazzjonijiet mibgħuta għandhom jinkludu dan li ġej: 

1.      Dikjarazzjoni li tispjega l-iskop/missjoni ta’ l-organizzazzjoni, li għandha turi l-iskop soċjali/karitatevoli ta’ l-organizzazzjoni skond l-Att dwar Trusts and Trustees.

2.      Kopja ta’ l-istatut ta’ l-organizzazzjoni.

3.      Proposta li tispjega proġett ċar jew attivita’ li se jagħmel l-uffiċjal rilaxxat.  Il-proposta trid tindika ċar il-benefiċċji li se jkun hemm mill-proġett jew attivita’, u tagħti żmien speċifiku għal meta l-għan irid jintlaħaq.  Jekk il-proġett jew attivita’ se jsir f’post barra minn Malta, huwa importanti li dan jintwera ċar fil-proposta.

4.      Dikjarazzjoni li tagħti tagħrif dettaljat dwar jekk l-organizzazzjoni hijiex tirċievi xi assistenza (finanzjarja jew xort’oħra) taħt xi skema mill-Gvern.

5.      L-isem ta’ l-uffiċjal li l-organizzazzjoni qed titlob ir-rilaxx tiegħu.  Idealment, għandhom jingħataw tlett ismijiet minn fejn jintagħżel l-uffiċjal assenjat biex jiġi faċilitat ir-rilaxx mill-gvern.  Ta’ min jinnota li l-perjodu tar-rilaxx ikun ta’ massimu ta’ sena, bil-possibilta’ li jiġġedded.  Wara li jispiċċa l-perjodu tar-rilaxx, l-uffiċjal imur lura d-dipartiment fejn kien jaħdem qabel. 

Id-data ta’ l-għeluq għal proposti taħt din is-sejħa hija l-31 ta’ Awissu 2006.  L-NGOs li forsi jsibu xi diffikultajiet kif jipproponu t-talba tagħhom huma mħeġġa biex jitolbu l-għajnuna tad-Direttur ta’ l-Employee Relations fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow