IT-TARIFFI L-ĠODDA GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAL-MERKANZIJA
B'referenza ghall-istqarrija li ghamlet il-GRTU is-Sibt filghodu fir-rigward tat-tariffi godda ghall-immaniggjar tal-merkanzija li gew fis-sehh mill-1 ta' Lulju fil-port tal-Belt u fil-Malta Freeport, il-Ministeru ghall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni jichad illi t-tariffi l-godda ser iwasslu ghal zidiet fl-ispejjez ghall-importaturi.
Ghall-kuntrarju, anke qabel ma tlestiet ir-riforma fil-portijiet, it-tariffi l-godda diga' ser iwasslu ghal tnaqqis ta' madwar 5% meta mqabbel mat-tariffi li kienu fis-sehh sal-bierah 30 ta' Gunju.
Il-Ministeru jixtieq iserrah mohh kulhadd li wiehed mill-ghanjiet ewlenin tar-riforma fil-portijiet huwa li jitnaqqsu l-ispejjez ghall-industrija lokali u ghall-konsumatur. Ghaldaqstant, fil-granet li gejjin, il-Ministeru u l-Awtorita' Marittima Maltija ser ikunu qeghdin isegwu fil-qrib l-operazzjonijiet ta' l-immanigjar tal-merkanzija fiz-zewg portijiet sabiex jigi zgurat illi r-rohs fl-ispejjez portwarji verament jintlahaq.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958