Left arrow Go Back

IL-FUEL SURCHARGE  FUQ L-ELETTRIKU

pr0988
Date Icon 30/06/2006

Kif tħabbar f’Novembru 2005 ir-reviżjoni tar-rata ta’ fuel surcharge  fuq il-konsum ta’ l-elettriku pprovdut mill-Enemalta tinħadem fuq il-prezz li l-Enemalta tkun ħallset għall-aħħar kunsinnji tal-prodotti meta dawn jiġu importati minn barra l-pajjiż.  Dan il-prezz jiddependi kemm mill-prezz fis-swieq internazzjonali taż-żejt kif ukoll mir-rata ta’ kambju bejn id-Dollaru Amerikan u l-Euro. 

Mill-aħħar reviżjoni li saret fl-aħħar ta’ April 2006 il-prezzijiet internazzjonali taż-żjut li jintużaw għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku matul Mejju u Ġunju 2006 imxew kif ġej:  

L-Enemalta tuża l-Fuel Oil għal madwar 90% mill-bżonnijiet tagħha u l-Gas Oil għal madwar 10%.   

Bir-rata tal-prezzijiet tal-lum, u fuq il-bażi tal-konsum ta’ l-elettriku f’Marzu u April 2006, hu stmat li l-fuel surcharge  li għandha tinġabar din is-sena hi ta’ Lm39,464,560.  Fuq din il-bażi, u mingħajr sussidju tal-Gvern, is-surcharge  suppost tkun ta’ 81.02%.   

F’Ottubru 2005 il-Gvern kien introduċa sussidju tranżitorju ta’ 29% tnaqqis mis-surcharge  biex itaffi l-impatt ta’ l-introduzzjoni tas-surcharge,  liema sussidju kellu jitnaqqas kull xahrejn b’rata ta’ 2.42% wara li jiġi wkoll ikkunsidrat il-prezz taż-żejt li tkun qed tħallas l-Enemalta. 

Għalhekk, wara li kkunsidrat iż-żieda fil-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali f’dawn l-aħħar xahrejn, l-Awtorita` ta’ Malta dwar ir-Riżorsi qed tippubblika din il-bidla fis-surcharge għall-perijodu Lulju - Awissu 2006

Perijodu

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow