Left arrow Go Back

IL-GVERN JIĊĦAD ALLEGAZZJONIJIET DWAR IR-RESPONSABILITAJIET TA' MALTA FIŻ-ŻONA TAS-SALVATAGG TAGĦHA

pr0987
Date Icon 30/06/2006

Il-Gvern isostni li mhux minnu dak li ġie rrapportat f’sezzjoni ta’ l-istampa illi minn għada l-1 ta’ Lulju 2006, l-Awtoritajiet Maltin se jkollhom ir-responsabilita’ li jdaħħlu fit-territorju Malti kull persuna li titlob l-għajnuna fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta. Il-pożizzjoni ta’ l-Awtoritajiet Maltin hi li, fil-waqt li huma responsabbli għall-ġestjoni u ko-ordinazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiż-żona Maltija tas-“search and rescue” (SAR), Malta hija responsabbli li ġġorr lejn pajjiżna biss: 

a)dawk il-persuni li jkunu fi bżonn serju u bla rimedju (“irremediable distress”); u
b)meta l-eqreb port ikun dak  ta’ Malta;

Għalhekk meta jkun hemm persuni fi bżonn serju fiż-żona tas-search and rescue Maltija u l-eqreb port ikun dak ta’ pajjiż barrani, il-Gvern Malti se jara li dawk fil-bżonn jittieħdu fl-eqreb port u mhux f’Malta.  Dan huwa wkoll fl-interess ta’ min ikun fil-bżonn ta’ salvataġġ. 

Malta rrifjutat li tiffirma u tirratifika r-regolamenti l-ġodda ta’ l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fejn il-pajjiż tal-SAR huwa responsabbli li jieħu fit-territorju tiegħu kull min ikun fiż-żona SAR tiegħu.  Għalhekk Malta mhix marbuta b’dawn ir-regolamenti ġodda.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow