TNEDIJA TAS-SERVIZZ ĠDID GĦALL-ANZJANI - MESSAGE IN A BOTTLE
L-Onor. Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fi-Komunita’ u l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ nedew servizz ġdid, Message in a Bottle, li qed jiġi offrut mil-Lions Club St Paul’s Bay. Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm ukoll is-Sur Ronnie Cauchi, President tal-Lions Club St Paul’s Bay, is-Sur Michael Shephard, incoming President, Emanuel Cardona, Direttur tal-Lions Club St. Paul’s Bay, is-Sur Remigio Zammit, mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, rapreżentanta mill-Casualty Unit ta’ St Luke’s, rapreżentanta mill-MUMN u rapreżentant mill-Kunsilli Lokali.
Dan is-servizz qed jiġi offrut mingħajr ħlas, lill-anzjani li jgħixu waħedhom. Dan is-servizz joffri serħan il-moħħ għaliex jassigura li f’każi ta’ emerġenza informazzjoni importanti tkun miġbura kollha f’kontenitur wieħed u tkun għad-dispożizzjoni ta’ dawk kollha li jaslu biex jagħtu l-ewwel għajnuna. L-informazzjoni miġbura tikkonsisti f’dettalji ta’ mard, mediċini li jkunu qegħdin jieħdu l-anzjani, kif ukoll informazzjoni dwar il-carers u l-qraba ta’ l-anzjani.
L-Onor. Louis Deguara filwaqt li rringrazzja lil-Lions Club għall-inizjattiva tagħhom, qal li l-kollaborazzjoni bejniethom ilha għaddejja għal ħafna snin. L-Onor. Deguara semma inizjattivi li ħadu l-Lions Club fil-qasam tas-saħħa matul is-snin. Huwa semma l-Kampanja Sight First, li ġiet sponsorjata mil-Lions Club, fejn dawn ta’ l-aħħar taw 7 units għall-kontroll tal-glawkoma biex permezz tad-Dipartiment tas-Saħħa l-poplu jkun jista’ jeżamina l-kundizzjoni tal-glawkoma b’xejn.
Tliet snin ilu l-Lions Club taw ukoll apparat għall-Bank tal-Għajnejn u kkontribwew biex 2 nurses jattendu kors fuq dan l-għan ġewwa l-Ingilterra.
Min-naħa tagħha l-Onor. D’Amato filwaqt li faħħret lil-Lions Club għall-inizjattiva tagħhom, qalet li dan is-servizz il-ġdid jikkonsolida tajjeb max-xibka ta’ servizzi li jiġu offruti lill-anzjani. Hija kompliet tgħid li Message in a Bottle joffri serħan il-moħħ kemm lill-anzjani kif ukoll lill-familjari taghħom.
Il-kontenitur ta’ Message in a Bottle se jkun jista’ jinġabar fil-jiem li ġejjin mill-Kunsilli Lokali kif ukoll miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum li hawn imxerrda madwar Malta.
Message in a Bottle beda fl-Ingilterra u sa issa hemm miljun u nofs anzjan li jużaw dan is-servizz.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958