Left arrow Mur Lura

'MATER DEI' SPTAR TA' KWALITA` FI ZMIEN SENA - L-ONOR. TONIO FENECH - Konferenza Stampa - 30 ta' Gunju, 2006

pr0984
Date Icon 30/06/2006

Ir-ritmu fuq il-proġett ta’ Sptar Mater Dei baqa miexi kif ippjanat biex sa nofs is-sena d-dieħla  jkollna sptar ġdid state of the art, għall-benefiċċju tal-pazjent u ta’ l-impjegat ta’ l-istess sptar. Dan qalu illum, l-Onor. Tonio Fenech, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Kap ta’ l-iSteering Committee ta’ dan il-proġett, waqt konferenza stampali pprovdiet dettalji dwar l-istat tal-progress ta’ Sptar Mater Dei. 

Fil-konferenza, li saret sena qabel id-data tat-tlestija ta’ l-isptar, l-Onor Tonio Fenech, elenka xi ftit mill-miri milħuqa, bħala konferma tal-progress kbir li reġa’ sar f’dawn l-aħħar 5 xhur:  

·     Skanska Malta JV illum stess għaddiet lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, il-bini tad-Dipartiment tat-Teknoloġija ta’ l-Informatika sabiex issa jibda x-xogħol ta’ installar mill-MITTS, li għandu jitlesta f’Settembru li ġej.  

·     Id-daħla prinċipali ta’ l-isptar (Concoures & Main Lobby) tinsab fi stadju avvanzat ħafna ta’ tlestija. Dan il-bini, li jinkorpora fih id-daħla prinċipali ta’ l-isptar, jrid eventwalment jilqa’ fih ir-reception, ir-restaurant u ħwienet oħra, l-uffiċini tal-Unions u anke iċ-Childcare Cente li se jiffaċilitaw l-operat ta’ l-4,000 ħaddiem li eventwalment ikun jaħdmu hawn. 

·     Id-disinni finali tal-Kappella huma lesti u x-xogħol li issa jinstab fi stadju avvanzat mistenni li jkun lest fl-ewwel kwart tas-sena 2007.  

·     Ingħata t-tender li se jipprovdi l-ikel tal-pazjenti, li issa se jkun provdut minn kċina privata (JSBZ), lil hinn mis-sit ta’ l-isptar.  Dan il-kuntratt għandu jipprovdilna servizz ta’ kwalità għolja kif provdut fi sptarijiet oħra ta’ livell barra minn xtutna.

·     Wara li f’Jannar li għadda Skanska Malta JV għaddiet id-Dipartiment ta’ l-Outpatients lill-FMS, biex jibda jiġi stallat l-għamara u l-apparat mediku. Illum il-ġurnata l-Outpatients ġie bażikament mgħammar bl-għamara kollha li jeħtieġ.  

·     L-għamara ta’ l-uffiċini ta’ l-Inġinerija, l-armarji ta’ l-għodda u l-bankijiet (workbenches) tal-Utility Block (id-Dipartiment ta’ l-Inġinerija) qegħdin diġà fil-post u għalhekk anke dan il-blokk huwa bażikament mgħammar u lest bl-għamara kollha li jeħtieġ. 

·     L-ewwel sitt swali (Main Block) ta’ dan l-isptar diġà ġew mgħammra bl-għamara kollha li jeħtieġu.

·     L-ordnijiet fuq l-apparat mediku qed jipproċedu tajjeb wkoll, minn kuntratt b’valur totali ta’ € 62 miljun ġew ordnati b’madwar € 46 miljun u sa issa diġà wasal fuq il-post b’kemm jiswew € 25 miljun ta’ apparat. Fost il-ħidma kurrenti wieħed ta’ min isemmi l-Operating Theatres, l-Laboratorji, id-Dipartimenti tar-Radjologija u s-CSSD (Central Sterile Supplies Department).

Is-Segretarju Paralmentari qal li Sptar Mater Dei, qiegħed joffri teknoloġija, spazji u sistemi, uħud minnhom sal-lum nieqsa fi Sptar San Luqa, biex jiġi iffaċilitat operat aktar effiċjenti u sodisfaċenti għal madwar 4,000 ħaddiem li eventwalment jridu jaħdmu f’dan l-isptar u finalment servizz ta’ kura aħjar għall-pazjenti kollha li jżuruh. 

L-Onor. Tonio Fenech saħaq li x-xogħol, minn Jannar ‘il hawn, mhux biss baqa’ miexi iżda baqa’ miexi b’ritmu mgħaġġel. Dan huwa mertu ta’ koordinazzjoni sħiħa bejn il-Gvern, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, Skanska Malta JV u l-kuntratturi tagħha u l-1,200 ruħ li bħalissa qegħdin jaħdmu fuq il-proġett. Is-Segretarju Parlamentari għalaq din il-konferenza billi reġa’ esprima d-determinazzjoni tal-Gvern Malti li Sptar Mater Dei ikun lest sa nofs is-sena d-dieħla.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow