Left arrow Go Back

INVESTIMENT KONTINWU FL-IŻVILUPP TAL-LUKANDA SOREDA

pr0982
Date Icon 30/06/2006

Il-lukanda Soreda fetħet il-bibien tagħha għall-ewwel darba fl-1989. Fil-bidu kellha 40 kamra. Qabel l-1995 twettqet estensjoni fejn  żdiedu 30 kamra. It-tieni estensjoni ġiet finalizzata fl-1997 meta żdiedu 45 appartament self-catering. L-aħħar estensjoni twettqet fl-2002 biż-żieda ta’ 75 kamra. Illum, b’investiment li tul is-snin qabeż it-Lm3 miljun, li ma jinkludix in-nefqa ta’ kull sena f’refurbishment, il-lukanda  għandha 190 kamra u toffri dak kollu li jkun qed jistenna t-turist. 

Il-Lukanda Soreda, li hi ta’ Erba’ Stilel, hi immirata sew għat-turist kif ukoll għall-Maltin. Din il-lukanda hi popolari mal-Maltin li fix-xhur tax-xitwa u fix-shoulder months jagħżlu li jieħdu ‘week-end breaks’.  

Il-lukanda Soreda qiegħda kontinwament tiġi modernizzata biex tkun tista’ toffri servizz mill-aqwa u valur għall-flus li jintefqu. Fil-lukanda hemm żewġ ‘swimming pools’ barra; gymn komplut b’kollox; pool sħun u sauna ġewwa; ristorant ewlieni fejn joqgħodu madwar 400; lounge bar; bar u ristorant fuq il-bejt; internet u faċilitajiet għat-tour operators; arja kundizzjonzata mal-lukanda kollha. Fil-lukanda ikun hemm divertiment lokali kuljum. Fil-lukanda jkunu organizzati diversi theme nights b’entertainers lokali mill-aqwa. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura t-‘Tico Tico’ Restaurant fil-Lukanda Soreda, li hu maħsub għal klijenti lokali u barranin. Dan joffri atmosfera każwali b’menu varjat u b’emfasi fuq il-kċina lokali u Mediterranja. Il-bar għandu provvista tajba ta’ imbejjed lokali u ta’ imbejjed tan-‘new world’. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li fi żmien meta  s-settur turistiku ikun għaddej  minn diffikultajiet l-inawgurazzjoni ta’ lukanda jew ristorant huma att ta’ fiduċja fis-settur li fl-aħħar 40 sena baqa’ jikber biex illum hu l-akbar industrja ta’ pajjiżna. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li f’pajjiżna għandna madwar 1,000 ristorant u snack bars. Hu qal li dawn qed jagħtu servizz lit-turist, iżda jagħtu wkoll servizz lill-Maltin. Hu qal li dawn jikkompetu wkoll bejniethom għall-parruċċani u għalhekk iridu bilfors joffru l-aħjar. Hu qal li dan ir-ristorant kien se joffri ikel Malti u ikel Mediterranju. Hu qal  li anke l-ikel Malti kien jagħtina identità u għalhekk kellna ninkoraġġuh b’kull mod. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien infurmat li l-okkupazzjoni medja f’din il-lukanda tul is-sena kienet teċċedi it-88 fil-mija. Hu qal li riżultati bħal dawn setgħu jintlaħqu biss permezz ta’ emfasi fuq il-kwalità u prezzijiet raġjonevoli lill-operaturi ta’ l-ivjaġġar u lis-suq lokali. Dan kien inkoraġġanti u jawgura tajjeb għas-suċċess ta’ din il-lukanda li hi magħrufa li tagħti valur għall-flus li jintefqu fiha. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li s-settur turistiku kien wieħed dinamiku u  li s-suċċess tiegħu jiddependi minn dawk kollha li jmexxuh u li jaħdmu fih. Hu qal li kien ċert li flimkien – Gvern, lukandiera, sidien ta’ ristoranti, dawk li jġibu t-turisti lejn pajjiżna u l-ħaddiema kollha fis-settur – stajna niżviluppaw dan is-settur għall-ġid ekonomiku ta’ pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow