Left arrow Mur Lura

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR IL-KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA

pr0979
Date Icon 29/06/2006

Il-Gvern jinnota l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex tibda proċeduri kontra l-Gvern Malti dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa. 

Huwa mifhum li l-Kummissjoni Ewropea se tibgħat ittra ta’ notifika formali, li huwa l-ewwel avviż bil-miktub li jitlob lill-awtoritajiet Maltin jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom fuq il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fi żmien xahrejn. Sa issa, Malta għadha ma rċevitx il-komunikazzjoni imsemmija.  

Dan huwa l-ewwel pass mit-tliet fażijiet li tapplika l-Unjoni Ewropea biex tiddetermina, permezz ta’ opinjoni motivata wara li tkun ġabret u analizzat l-informazzjoni supplimetari mitluba mill-istat membru, jekk hemmx każ biżżejjed biex tgħaddi għall-fażijiet l-oħra. 

Il-Gvern Malti ma jaqbilx mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u jtenni l-impenn tiegħu li jiddefendi l-każ fil-fora kollha li tippermettilu l-liġi.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow