Left arrow Mur Lura

IL-QORTI SUPREMA TA’ ĠIBILTA` TEVALWA S-SISTEMA KOMPUTERIZZATA WŻATA FIL-QRATI F’MALTA

pr0972
Date Icon 28/06/2006

Wara ż-żjara li għamel f’Malta l-Prim Imhallef ta’ Ġibilta`, Derek Schofield, f’Settembru tas-sena l-oħra bħala l-mistieden tal-Prim Imħallef Vincent Degaetano, intwera interess mill-Amministrazzjoni tal-Qrati ta’ Ġibilta` fis-sistema komputerizzata wzata fil-Qrati f’Malta u magħrufa bħala Legal Case Management System (LECAM).

Bħalissa hawn Malta delegazzjoni minn dawk il-Qrati, immexxija mir-Reġistratur tal-Qorti Suprema ta’ Ġibilta`, biex tara jekk din is-sistema tistax tigi utilizzata fil-Qrati ta’ dak il-pajjiż. Is-sistema fis-seħħ bħalissa ilha tiġi mħaddma fil-Qrati ta’ Malta sa minn Marzu tas-sena 2000 u ħadet post sistemi preċedenti li ma baqgħux ilaħħqu mal-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu tal-Qrati u ta’ min jagħmel użu minnhom. Partijiet sostanzjali tas-sistema huma aċċessibbli wkoll għall-pubbliku fuq is-sit tal-internet www.mjha.gov.mt

Id-delegazzjoni minn Ġibilta` kellha laqgħat fit-tul mal-Malta Information Technology and Training Services Ltd (MITTS) dwar aspetti tekniċi tas-sistema, kif ukoll mad-Direttur Ġenerali tal-Qrati u uffiċjali oħra għolja tal-Amministrazzjoni tal-Qrati f’Malta.

Id-delegazzjoni ltaqghet ukoll mal-Prim Imhallef Vincent De Gaetano.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow