Left arrow Mur Lura

MANUTENZJONI KONTINWA FIŻ-ŻONI INDUSTRIJALI

pr0965
Date Icon 27/06/2006

“Il-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, qiegħed
kontinwament izomm il-wegħda tiegħu li jkompli jkun viċin is-self employed u n-negozji ż-żgħar.  Dan
ma huwiex qed jagħmlu bil-kliem biss, iżda qiegħed iwettqu bil-fatti.  Il-Gvern sa minn dejjem emmen
fis-settur tan-negozji żgħar f’pajjiżna, għaliex fih jara l-kapaċita’ tal-ħaddiem Malti.  Huwa għalhekk li ninsabu determinati li nkomplu nagħtu kull għajnuna possibbli sabiex dan l-istess settur
narawh ikompli jkattar l-attivita’ kummerċjali tiegħu, u jkun kapaċi joħloq opportunitajiet oħra li jkattru
 aktar impjiegi ġodda.”

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, waqt
żjara li huwa għamel lis-sidien ta’ negozji żgħar li jinsabu fiż-Żona Industrijali ta’ l-Imrieħel.

Qegħdin jiġu investiti il-fuq minn mitt elf lira Maltin (LM100,000) kull sena, f’xogħol ta’ manutenzjoni
kontinwa, u li ma jaqta’ xejn.  Permezz tal-kuntatt regolari li s-Segretarjat għandu ma’ l-istess sidien
ta’ negozji ta’ din iż-żona, qegħdin ikun possibbli li nżommu ruħna viċin kull problema li minn ġurnata
għall-ohra jista’ jkun tkun qed tinqala’, u għalhekk b’effiċjenza qed inkunu kapaċi nwettqu x-xogħol ta’
manutenzjoni kollu meħtieġ, mingħajr dewmien.

Wara li ftit tax-xhur ilu tlesta proġett ta’ xogħolijiet infrastrutturali, li sewa lil Gvern il-fuq minn tmien
mitt elf lira Maltin (LM 800,000 ), bħalissa għaddejjin diversi xogħolijiet ohra, bil-kollaborazzjoni ta’
diversi entitajiet, Ministeri, kif ukoll ma’ Dipartimenti Governattivi oħra.

Fost ix-xogħolijiet li għaddejjin bħalissa tajjeb insemmu l-installazzjoni ta’ madwar 65 bozza , bħala
parti minn proġett ta’ street ligħting ġdid fi 11-il Triq li jinsabu kollha kemm huma fiż-żona industrijali
ta’ l-Mrieħel.

Twaħħlu numru ta’ tabelli mat-toroq kollha, sabiex l-istess sidien tan-negozji li jaħdmu f’dawn it-toroq
ikunu aktar informati u ggwidati dwar x’għandhom jagħmlu f’każ ta’ serq, inċidenti, ħruq, jew xi forma
ta’ abbużi illegali.

Riċentament ukoll sar eżerċizzju sabiex twaħħal ammont konsiderevoli ta’ tabelli u sinjali tat-traffiku, li
għenu mhux ftit fl-organizazzjoni ta’ l-istess żona industrijali.

Id f’id mal-Pulizija, is-Segretarjat wettaq ukoll ħidma, sabiex tneħħew il-fuq minn 12-il karozza li kienu
ġew mitluqa f’diversi toroq ta’ din iż-żona.

Fl-istess ħin għaddejja ħidma kontinwa flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara sabiex jingħata
servizz ta’ l-indafa, jitwaħħlu l-ismijiet tat-toroq li kienu għadhom bla isem, kif ukoll ħidma oħra fuq
kull manutenzjoni li minn jum għall-ieħor tkun meħtieġa.

Is- Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ħabbar ukoll li ftit tal-jiem ilu ingħata bidu għal eżerċizju
ta’ ġbir ta’ informazzjoni minn kull bieb ta’ negozju, bil-għan li fil-futur qrib tibda kampanja ta’
marketing, tan-negozji li jinsabu f’din iż-żona.

Huwa fil-pjan tas-Segretarjat li fil-jiem li ġejjin ser ikun qed jiġi ippubblikat direttorju bl-ismijiet
tan-negozji kollha li wieħed isib f’din iż-żona industrijali.  Sabiex jikkumplimenta dan, qed tiġi varata
ukoll web-site fejn anke hawn, il-konsumatur mill-kumdita’ ta’ daru, jkun jista’ jfittex u jsib negozji li
jinsabu fiż-żona industrijali ta’ l-Imrieħel.  Dawn is-servizzi kollha favur is-self employed u n-negozji
żgħar ta’ din iż-żona qegħdin jingħataw mill-Gvern mingħajr ħlas.

L-Onor. Edwin Vassallo temm jgħid li hu minn dejjem ħassu vicin is-self employed u n-negozji żgħar, u
sodisfatt mhux ftit meta jara li għal kuntrarju ta’ dak li kien jgħid il-Partit ta’ l-Oppożizzjoni, bid-dħul ta’
Malta fl-Unjoni Ewropea, dan is-settur kompla jirpilja, hekk kif dejjem sostna l-Gvern, u dan għaliex
għandna sidien u ħaddiema li huma kapaċi, innovattivi u kreattivi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow