Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA JŻUR IL-KOMUNITA’ SANTA MARIJA FI ĦDAN L-AĠENZIJA SEDQA

pr0961
Date Icon 26/06/2006

Il-President ta’ Malta, Eddie Fenech Adami, illum żar il-Komunita’ Santa Marija, Ċentru ta’ Riabilitazzjoni Residenzjali mill-Abbuż tad-Droga fi ħdan l-Aġenzija Sedqa.  L-Aġenzija Sedqa qed tfakkar it 12-il anniversarju tal-programmi ta’ prevenzjoni u servizzi ta’ kura fil-qasam ta’ l-abbuż minn sustanzi. Illum hija ukoll il-ġurnata dinjija kontra  l-abbuż u t-traffikar illegali tad-droga. 

Meta ndirizza lir-residenti, il-President Fenech Adami qal li il-ġurnata ta’ llum għandha sinifikat u fiha għandna nirriflettu li aħna lkoll għandna nagħmlu ħilitna biex nirbħu l-problema tad-droga. Il-President qal li “Il-ħajja hija kollha sfidi u kull bniedem jgħaddi minn mumenti f’ħajtu fejn jkun fi ġlieda miegħu nnifsu sabiex jiskopri min hu u kif jista’ jagħti kontribut lilu u lis-soċjeta.” 

Il-President awgura kuraġġ lir-residenti u rringrazzja lil dawk kollha li qed jgħinu lil dawn il-persuni fil-proċess sabiex jtejbu l-futur tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow