Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-ONOR TONY ABELA, SEGRETARJU PARLAMENTARI BI TWEĠIBA GĦALL-KONFERENZA STAMPA TAL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI

pr0957
Date Icon 23/06/2006

B’referenza għall-Press Conference mogħtija mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni dalgħodu fil-kuntest tiegħi niddikjara li l-Onor. Dr. Alfred Sant m’huwiex korrett f’dak li qed jgħid billi l-ittra li hu qassam lill-istampa hu biss twettiq ta’ xogħol f’isem iċ-ċittadin.

  1. Din l-ittra tirreferi għall-applikazzjoni T/33/01 li saret minn ċertu Sur Ellul għall-fidi taċ-ċens tad-dar fejn hu residenti.  Dan sar skond l-iskema li ħareġ Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, cioe’ li meta persuna tkun ordinarjament residenti fi proprjeta’ li suġġetta għal ċens temporanju li joriġina minnu qabel il-1979 u pagabbli lil-Joint Office, dan jista’ japplika biex jifdi l-istess ċens.
  2. Din il-formola hija waħda fissa li tirregola l-kalkolu skond l-ammont li jkun qed jitħallas u l-perjodu ta’ l-enfitewsi li jkun fadal.
  3. Meta l-Joint Office jaħdem din il-formola, tintbagħat ittra lill-applikant fejn jintalab jaċċetta l-prezz jew le, u ġieli jintalab li jforni xi dokumenti.
  4. Fil-każ tas-Sur Ellul dan intalab jagħti kopja legali ta l-aħħar riċevuta taċ-ċens.
  5. Bl-ittra tiegħi f’ismu ta’ l-24 ta’ Jannar 2005, il-Joint Office ġie nfurmat b’mod uffiċjali li hu aċċetta l-prezz ikkwotat mill-istess Joint Office u ntbagħatet id-dokumentazzjoni mitluba.

Tajjeb li l-poplu jkun infurmat li saru ’l fuq minn 2,000 (elfejn) applikazzjoni ta’ din in-natura.  Il-kuntratti ta’ fidi, qeghdin jiġu ppublikati minn Nutar tal-Joint Office.

Dan l-Uffiċċju fost xogħol ieħor jara li skemi bħal dawn jitwettqu.

Dan kollu hu l-verita’ tal-fatti kif seħħew.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow