Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-KULTURA JSELLEM  LIL Frans Baldacchino  ‘Il-Budaj’ (1943-2006)

pr0952
Date Icon 23/06/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech jixtieq juri s-sobgħa tiegħu għall-mewt ta’ Frans Baldacchino ‘Il-Budaj’ li kien wieħed fost l-aqwa għannejja ta’ pajjiżna.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li Frans Baldacchino ‘Il-Budaj’ bilfors li jħalli vojt kbir fil-qasam tal-kultura popolari Maltija għax irnexxielu jlaqqa’ l-għana Malti mal-livelli kollha tas-soċjetà f’Malta u anki barra minn Malta.

Filwaqt li kien influwenzat mill-għannejja ta’ qablu, hu daħħal ukoll fehmietu fil-preżentazzjonijiet tiegħu bis-saħħa tal-qari estensiv tiegħu tal-letteratura romantika Maltija u ta’ awturi barranin.

 L-ispirtu pront kien iħobbu wkoll u baqa’ jgħannih ma’ sħabu l-għannejja.

 Flimkien ma’ għannejja oħra magħrufa bħal Fredu Abela ‘il-Bamboċċu’, Leli Azzopardi ‘il-Bugazz’, Pawlu Degabriele ‘il-Bies’, Pawlu Seychell ‘l-Għannej’, Fredu Spiteri ‘tal-Pitrolju’, Ċikku Degiorgio ‘tal-Fjuri’, u Zeppi Meli ‘ta’ Sika’, Frans Baldacchino ‘il-Budaj’ se jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-aqwa ilħna folkloristiċi Maltin li taw id-dinjità li jixraqlu lill-għana Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow