Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern dwar petizzjoni ppreżentata mill-ASKLM dwar il-kuntratti tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali

pr0942
Date Icon 22/06/2006

B’referenza ghall-petizzjoni ppreżentata llum mill-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali (ASKLM), il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jixtieq jgħid dan li gej. 

Il-Ministeru jaqbel perfettament mal-ASKLM illi waqt li għaddej kuntratt ta’ impjieg ta’ Segretarju Eżekuttiv, dan ma jistax jitkeċċa mingħajr raġuni ġusta.  Il-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Onor. Dr.  Tonio Borg, diġa’ stqarr pubblikament li mhux se jippermetti t-tkeċċija ta’ Segretarji Eżekuttivi, sempliċement għax tinbidel il-maġġoranza politika f’Kunsill Lokali.  Il-Ministru se juża l-poteri kollha li tagħtih il-liġi sabiex dan l-abbuż ma jseħħx. 

Għandu jingħad ukoll li s-Segretarji Eżekuttivi m’humiex impjegati tal-Gvern, iżda tal-Kunsilli Lokali.  Għaldaqstant, materji li jirrigwardaw it-tiġdid tal-kuntratt ta’ l-impjieg tas-Segretarji hija materja esklussiva tal-Kunsill Lokali.   

Madankollu dan il-Gvern, permezz ta’ l-Avviż Legali 282/2005, kien ta poter lis-Segretarju Eżekuttiv, biex ħames xhur qabel ma jiskadi l-kuntratt tiegħu, jobbliga lill-Kunsill Lokali jiddiskuti t-tiġdid ta’ l-imsemmi kuntratt.  B’hekk is-Segretarju jkun infurmat, minn ħames xhur qabel, jekk il-kuntratt tiegħu hux se jiġi mġedded jew le.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow