IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-KUNSILL TAL-KULLEGG MALTI TAT-TOBBA TAL-FAMILJA
Illum, il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, iltaqa’ mal-Kunsill tal-Kulleġġ Malti tat-Tobba tal-Familja (Malta College of Family Doctors). Il-Kulleġġ kien ġie mwaqqaf fl-1989 bil-għan li tkun promossa l-ogħla kwalita’ fis-servizzi ta’saħħa għall-familja. Dr Pierre Mallia informa lill-Prim Ministru bil-ħidma mwettqa mill-Kulleġġ matul dawn l-aħħar snin, fosthom l-iżvilupp ta’ taħriġ għat-tobba li parti minnu ġiet finanzjata mill-Unjoni Ewropea. Huwa rringrazzja lill-Gvern għall-appoġġ tiegħu u awgura li l-kollaborazzjoni li teżisti bejn il-partijiet tkompli tiżviluppa.
Il-Prim Ministru rringrazzja lill-Kulleġġ għall-ħidma tiegħu kif ukoll wera l-apprezzament tal-Gven għax-xogħol li jiġi mwettaq mit-tobba tal-familja. Il-Gvern jemmen li l-ħidma tat-tobba fil-komunita’ hija parti mill-pedament li fuqha tinbena socjeta’ f’saħħitha u għalhekk il-Gvern huwa determinat li jkompli jaħdem fil-qrib mal-Kunsill tal-Kulleġġ Malti tat-Tobba tal-Familja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958