Left arrow Mur Lura

Imniedi l-Fond “HSBC Cares for Heritage Malta”

pr0899
Date Icon 15/06/2006

Tnieda l-Fond “HSBC Cares for Heritage Malta” mill-HSBC biex jinġabru fondi għal siti storiċi. Din il-ħidma qed titwettaq fi sħubija ma’ Heritage Malta, sħubija bejn is-settur privat u dak pubbliku biex jinġabru fondi għal proġetti ta’ tisbiħ f’siti storiċi.

Fl-inizjattiva “HSBC Cares for Heritage Malta” qed jipparteċipaw għadd ta’ lukandi ‘five-star’ li kull waħda għandha marbuta magħha sit storiku. Kull min iżur waħda minn dawn il-lukandi li qed jipparteċipaw fl-iskema jsib fil-kamra  brochure bl-informazzjoni kollha. It-turist jiddeċiedi hu jekk jikkontribwixxix ‘ewro’ għal kull lejl li jgħaddi fil-lukanda. Turist jista’ jagħżel ukoll li jagħmel donazzjoni akbar.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech, li kien preżenti meta tnediet din l-iskema fit-tempji ta’ Ħaġar Qim, qal li l-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna kien jirrikjedi nvestiment qawwi li mhux dejjem seta’ jiġi mill-Gvern. Hu qal li minkejja li l-Gvern kien qed ikabbar in-nefqa tiegħu għal dan l-iskop, is-sehem li seta’ jagħti s-settur privat kien wieħed importanti u apprezzabbli.

“Heritage Malta qed tagħmel ħilitha biex mhux biss il-poplu jsir aktar konxju mill-wirt storiku ta’ pajjiżna iżda biex jinġabru l-fondi meħtieġa biex dan il-wirt jitħares. S’issa ġew imnedija skemi bħal Patrons Programme,The Heritage Malta Membership Scheme u l-Private Partnership. L-‘HSBC Cares for Heritage Fund’ jinkwadra  fl-aħħar skema fejn Heritage Malta daħlet bi sħab mal-HSBC biex jitkabbar l-għarfien tat-teżori storiċi li bihom hu mgħoni pajjiżna,” qal il-Ministru Zammit Dimech.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li s-siti li ntagħżlu biex jagħmlu parti minn din il-kampanja huma l-Ipoġew, Ħaġar Qim u l-Imnajdra, il-Katakombi ta’ San Pawl u l-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali fil-Palazz Vilhena.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura appella biex aktar kumpanniji privati jipparteċipaw fi skemi li jappoġġaw il-wirt storiku ta’ pajjiżna. Hu qal li pajjiż bħal tagħna li għall-kobor tiegħu kellu fost l-akbar konċentrazzjoni ta’ siti arkeoloġiċi, kien assolutament meħtieġ li jkollna l-fondi kollha neċessarji biex dawn inħarsuhom. Hu qal li llum li aħna parti mill-Unjoni Ewropea qed nirċievu fondi biex inħarsu l-wirt storiku ta’ pajjiżna. Hu qal iżda li jkollok kemm ikollok fondi qatt m’hu biżżejjed u hu għalhekk li kull inizjattiva favur il-ħarsien  tal-wirt storiku ta’ pajjiżna kienet apprezzata.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura rringrazzja lill-HSBC għall-inizjattiva tagħhom li qed jieħdu flimkien ma’ Heritage Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow