Prezentazzjoni ta’ fondi ghal Proġetti ta’ Inklużjoni Soċjali lil Organizzazzjonijiet Volontarji
“Il-Gvern żied il-fondi għall-għaqdiet volontarji fil-qasam soċjali b’ Lm10,000 fuq is-sena l-oħra, bl-ammont totali jilħaq Lm730,000.” Dan intqal mill-Onor. Dolores Cristina, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, waqt li kienet qed tippreżenta għotjiet lil numru ta’ għaqdiet volontarji.
| Fl-indirizz tagħha lill-għaqdiet il-Ministru Cristina faħħret ix-xogħol siewi li jagħmlu mas-soċjetà Maltija. “Jiena naf li intom u kull minn jaħdem magħkom tistinkaw fil-ħidma bla tmiem, b’mod | impekkabbli, għal diversi faxxi tal-popolazzjoni, u ħafna drabi dan ix-xogħol isir, kif ngħidu, minn wara l-kwinti.” Il-Ministru kompliet tgħid li l-kontribuzzjoni ta’ l-għaqdiet volontarji hija waħda neċessarja għal kull soċjetà b’saħħitha u għalhekk hija tawgura li l-kollaborazzjoni bejn dawn l-organizzazjonijiet u entitajiet oħra f’Malta tkompli miexja ’l quddiem. “Il-Gvern jirrikonoxxi dak li tagħmlu, li ħafna drabi jirrinforza s-servizzi li joffri l-Gvern stess. Huwa għalhekk li huwa ta’ pjaċir kbir għalija nippreżentalkom dawn l-għotjiet bħala rikonoxximent tal-kontribut tagħkom,” saħħqet il-Ministru Cristina. |
| Il-Ministru Cristina għamlet ukoll riferiment għal White Paper dwar is-settur tal-Volontarjat li ħarġet is-sena l-oħra. Fakkret li sar il-proċess konsultattiv u li kien hemm feedback tajjeb ħafna minn naħa ta’ diversi organizzazzjonijiet volontarji. “Il-proċess ta’ analiżi ta’ dan il-feedback ingħalaq | ukoll, u għalhekk, l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji ser jiġi ppreżentat il-Parlament ladarba jkunu approvati mill-Kabinett l-emendi relattivi għall-Kodiċi Ċivili li l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern mistenni jressaq fil-ġimgħat li ġejjin”, ikkonkludiet il-Ministru Cristina. |
| Din is-sena ġew ikkunsidrati 33 proġett u l-għaqdiet li ntgħażlu biex jibbenefikaw huma: Richmond Foundation, Dar L-Arka, Caritas, Emigrants Commission, YMCA, Osanna Pia Hostel, Suret il-Bniedem, Ċentru Fidi u Ġustizzja, Azzjoni | Kattolika, Cana Movement, EAPN, Daritama, Razzett tal-Ħbiberija, Fondazzjoni Nazareth, Vincenzo Bugeja Foundation, Għaqda Neqsin mis-Smigħ, Merħba Bik, Muscular Dystrophy Group, Dar il-Wens, Dar Qalb ta’ Ġesu, Dar il-Kaptan, OASI, Eden Foundation, Equal Partners, kif ukoll numru ta’ għaqdiet ohra li ngħataw għotja żgħira għax-xogħol li huma jwettqu f’support groups. |
Għall-ewwel darba, għal kull allokazzjoni finanzjarja ma’ kull għaqda, l-NGO Project Selection Committee għamel ftehim bil-miktub li huwa bbażat fuq outputs għas-servizz tal-klijenti. Għalhekk il-ħlas qed isir skond kemm qed jinqdew il-klijenti bis-servizzi varji li l-għaqda tkun qed toffri. Din is-sistema se tgħin sabiex tiżdied ir-responsabbilità ta’ kif jintużaw il-fondi pubbliċi.
L-NGO Project Selection Committee huwa appuntat mill-Ministru kull sena sabiex, flimkien ma’ l-NGO Liaison Unit fid-Dipartiment għall-Standards fil-Ħarsien Soċjali, jevalwa l-proġetti li jiġu sottomessi mill-għaqdiet volontarji li qed jaħdmu fil-qasam soċjali u li jkunu twettqu fis-sena preċedenti.
| Il-Ministru Cristina rringrazzjat lis-Sur Frank Mifsud, li għadu kif temm il-kariga tiegħu bħala Chairman | tal-kumitat, kif ukoll lill-membri kollha tal-bord għax-xogħol siewi tagħhom. Il-Ministru ferħet liċ-Chairman il-ġdid, is-Sur Andre Vassallo Grant, u lill-membri ġodda tal-bord u qalet li tinsab ċerta li ser ikomplu jaħdmu bis-sħiħ biex dan il-Gvern jissokta fis-support xieraq li jagħti lil organizzazzjonijiet volontarji. |
| Il-Kumitat qed jaħdem ukoll sabiex tidħol il-prattika | ta’ service audit magħmul mill-għaqdiet stess u b’hekk ikollhom l-evalwazzjoni tal-proġetti b’iktar frekwenza u ta’ kwalità ahjar. Minn barra dan, il-Ministeru, permezz tad-Dipartiment għall-Standards fil-Ħarsien Soċjali, qed jibda l-konsultazzjoni dwar l-istandards tas-servizz fis-settur soċjali, partikularment tat-tfal. Dawn l-istandards għandhom iwasslu sabiex jiġi assigurat li l-klijenti qed jinqdew bl-aħjar b’mod possibbli. Fi ftit kliem, dan it-tibdil għandu jwassal sabiex ikun hemm aktar responsabbilità, tiżdied il-professjonalità u tiġi assigurata iktar value for money għall-flus pubbliċi favur persuni bi bżonn ta’ appoġġ u ħarsien. |
| F’dawn l-aħħar sentejn sar xogħol ta’ aġġornament fi ħdan l-NGO Project Selection Committee li kien twaqqaf fl-1994. Wara li anke kienu ġew riveduti t-terms of reference tiegħu, din | is-sena l-Kumitat flimkien ma’ l-għaqdiet volontarji użaw ‘Information Pack’ ġdid li jiddentifika aħjar il-parametri li fuqhom għandhom japplikaw l-għaqdiet, partikularment skond il-prijoritajiet tal-Pjan Nazzjonali dwar il-Faqar u Esklużjoni Soċjali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958