Left arrow Go Back

Prezentazzjoni ta’ fondi ghal Proġetti ta’ Inklużjoni Soċjali  lil Organizzazzjonijiet Volontarji

pr0889
Date Icon 13/06/2006

“Il-Gvern żied il-fondi għall-għaqdiet volontarji fil-qasam soċjali b’ Lm10,000 fuq is-sena l-oħra, bl-ammont totali jilħaq Lm730,000.” Dan intqal mill-Onor. Dolores Cristina, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, waqt li kienet qed tippreżenta għotjiet lil numru ta’ għaqdiet volontarji. 

Fl-indirizz tagħha lill-għaqdiet il-Ministru Cristina faħħret ix-xogħol siewi li jagħmlu mas-soċjetà Maltija. “Jiena naf li intom u kull minn jaħdem magħkom tistinkaw fil-ħidma bla tmiem, b’modimpekkabbli, għal diversi faxxi tal-popolazzjoni, u ħafna drabi dan ix-xogħol isir, kif ngħidu, minn wara l-kwinti.” Il-Ministru kompliet tgħid li l-kontribuzzjoni ta’ l-għaqdiet volontarji hija waħda neċessarja għal kull soċjetà b’saħħitha u għalhekk hija tawgura li l-kollaborazzjoni bejn dawn l-organizzazjonijiet u entitajiet oħra f’Malta tkompli miexja ’l quddiem. “Il-Gvern jirrikonoxxi dak li tagħmlu, li ħafna drabi jirrinforza s-servizzi li joffri l-Gvern stess. Huwa għalhekk li huwa ta’ pjaċir kbir għalija nippreżentalkom dawn l-għotjiet bħala rikonoxximent tal-kontribut tagħkom,” saħħqet il-Ministru Cristina.
Il-Ministru Cristina għamlet ukoll riferiment għal White Paper dwar is-settur tal-Volontarjat li ħarġet is-sena l-oħra. Fakkret li sar il-proċess konsultattiv u li kien hemm feedback tajjeb ħafna minn naħa ta’ diversi organizzazzjonijiet volontarji. “Il-proċess ta’ analiżi ta’ dan il-feedback ingħalaqukoll, u għalhekk, l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji ser jiġi ppreżentat il-Parlament ladarba jkunu approvati mill-Kabinett l-emendi relattivi għall-Kodiċi Ċivili li l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern mistenni jressaq fil-ġimgħat li ġejjin”, ikkonkludiet il-Ministru Cristina.
Din is-sena ġew ikkunsidrati 33 proġett u l-għaqdiet li ntgħażlu biex jibbenefikaw huma: Richmond Foundation, Dar L-Arka, Caritas, Emigrants Commission, YMCA, Osanna Pia Hostel, Suret il-Bniedem, Ċentru Fidi u Ġustizzja, AzzjoniKattolika, Cana Movement, EAPN, Daritama, Razzett tal-Ħbiberija, Fondazzjoni Nazareth, Vincenzo Bugeja Foundation, Għaqda Neqsin mis-Smigħ, Merħba Bik, Muscular Dystrophy Group, Dar il-Wens, Dar Qalb ta’ Ġesu, Dar il-Kaptan, OASI, Eden Foundation, Equal Partners, kif ukoll numru ta’ għaqdiet ohra li ngħataw għotja żgħira għax-xogħol li huma jwettqu f’support groups.

Għall-ewwel darba, għal kull allokazzjoni finanzjarja ma’ kull għaqda, l-NGO Project Selection Committee għamel ftehim bil-miktub li huwa bbażat fuq outputs għas-servizz tal-klijenti. Għalhekk il-ħlas qed isir skond kemm qed jinqdew il-klijenti bis-servizzi varji li l-għaqda tkun qed toffri. Din is-sistema se tgħin sabiex tiżdied ir-responsabbilità ta’ kif jintużaw il-fondi pubbliċi.

L-NGO Project Selection Committee huwa appuntat mill-Ministru kull sena sabiex, flimkien ma’ l-NGO Liaison Unit fid-Dipartiment għall-Standards fil-Ħarsien Soċjali, jevalwa l-proġetti li jiġu sottomessi mill-għaqdiet volontarji li qed jaħdmu fil-qasam soċjali u li jkunu twettqu fis-sena preċedenti. 

Il-Ministru Cristina rringrazzjat lis-Sur Frank Mifsud, li għadu kif temm il-kariga tiegħu bħala Chairmantal-kumitat, kif ukoll lill-membri kollha tal-bord għax-xogħol siewi tagħhom. Il-Ministru ferħet liċ-Chairman il-ġdid, is-Sur Andre Vassallo Grant, u lill-membri ġodda tal-bord u qalet li tinsab ċerta li ser ikomplu jaħdmu bis-sħiħ biex dan il-Gvern jissokta fis-support xieraq li jagħti lil organizzazzjonijiet volontarji.
Il-Kumitat qed jaħdem ukoll sabiex tidħol il-prattikata’ service audit magħmul mill-għaqdiet stess u b’hekk ikollhom l-evalwazzjoni tal-proġetti b’iktar frekwenza u ta’ kwalità ahjar. Minn barra dan, il-Ministeru, permezz tad-Dipartiment għall-Standards fil-Ħarsien Soċjali, qed jibda l-konsultazzjoni dwar l-istandards tas-servizz fis-settur soċjali, partikularment tat-tfal.  Dawn l-istandards għandhom iwasslu sabiex jiġi assigurat li l-klijenti qed jinqdew bl-aħjar b’mod possibbli. Fi ftit kliem, dan it-tibdil għandu jwassal sabiex ikun hemm aktar responsabbilità, tiżdied il-professjonalità u tiġi assigurata iktar value for money għall-flus pubbliċi favur persuni bi bżonn ta’ appoġġ u ħarsien.
F’dawn l-aħħar sentejn sar xogħol ta’ aġġornament fi ħdan l-NGO Project Selection Committee li kien twaqqaf fl-1994. Wara li anke kienu ġew riveduti t-terms of reference tiegħu, dinis-sena l-Kumitat flimkien ma’ l-għaqdiet volontarji użaw ‘Information Pack’ ġdid li jiddentifika aħjar il-parametri li fuqhom għandhom japplikaw l-għaqdiet, partikularment skond il-prijoritajiet tal-Pjan Nazzjonali dwar il-Faqar u Esklużjoni Soċjali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow