Left arrow Mur Lura

“IL-GVERN HUWA QRIB TAS-SELF EMPLOYED” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

pr0887
Date Icon 13/06/2006
“Bil-ħidma li twettqet fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma Ġunju 2005 – Ġunju 2006, li kien imfassal biex iġib fis-seħħ iċ-Ċarter Ewropew għan-Negozji ż-Żgħar, inħolqot sinerġija bejn dawk kollha involuti bħala service providers għal min qiegħedfin-negozju, u wriet kemm il-Gvern huwa qrib tas-self employed u s-sidien tan-negozji ż-żgħar.”  B’dawn il-kliem, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed fetaħ id-diskors tiegħu f’għeluq il-Konferenza Nazzjonali li ġabet flimkien lil diversi uffiċjali minn Dipartimenti, Awtoritajiet u Entitajiet Governattivi li huma service providers għal min qiegħed fil-kummerċ u li kienu qegħdin jiltaqgħu flimkien ma’ uffiċjali oħra li jirrapreżentaw għaqdiet tan-negozju.
“Intom ilkoll li tinsabu miġbura hawn tirrapreżentaw l-enerġija li poplu jeħtieġ sabiex b’entużjażmu jagħraf iġib fis-seħħ viżjoni li tagħmel minn pajjiżna ċentru ta’attivita’ industrijali avvanzata, ċentru ta’ riċerka u innovazzjoni u ċentru ta’ attivita’ kummerċjali.  F’din il-viżjoni, is-self employed u s-sidien tan-negozji żgħar għandhom ikollhom il priorita’ ta’ l-attenzjoni għaliex pajjizna ma jista’ jagħmel l-ebda progress fl-ebda qasam jekk mhux bil-ħila wkoll ta’ min huwa żgħir fin-negozju”.
“Għalhekk, il-konferenza ta’ llum tiswa biex filwaqt li tevalwa x’mar tajjeb u x’ma rnexxilniex inwettqu skond il-Pjan ta’ Ħidma tas-sena li għaddiet, inkunu qegħdin inħarsu ‘lquddiem, lejn sena oħra ta’ ħidma, fejn ser ikollna programm ta’ ħidma ieħor maħsub biex l-inizjattivi tiegħu ikomplu jsaħħu id-disponibilita’ tal-Gvern biex ikun qrib min hu żgħir fin-negozju, isaħħaħ l-entużjażmu li huwa meħtieġ fl-attivita’ kummerċjali tagħna u ikompli jixpruna sinerġija fil-ħidma ta’ dawk kollha li huma fid-dmir li jkunu ta’ servizz lejn min qiegħed fin-negozju.”
Waqt il-konferenza dawk kollha li kienu preżenti ltaqgħu biex jiddiskutu, f’numru ta’ workshopsdifferenti, l-ħidma li twettqet tul is-sena li għaddiet (Ġunju 2005-Ġunju 2006), filwaqt li ddiskutew ukoll il-proposti għall-inizjattivi tal-Pjan ta’ Ħidma għas-sena ta’ ħidma li ġejja (Ġunju 2006-Ġunju 2007).  Għalhekk, din il-konferenza serviet ukoll bħala il-fażi konklussiva tal-proċess ta’ konsultazzjoni għat-tfassil tal-Pjan ta’ Ħidma għas-sena li ġejja.
Bħalma ġara f’dawn l-aħħar tlettsnin, fil-ġimgħat li ġejjin, il-Parlament ikollu wkoll l-opportunita’ li jiddiskuti rapport li jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.  Dan ir-rapport ikun ibbażat fuq il-konferenza tal-lum, u r-rapporti minn kull workshop individwali jkunu inklużi fir-rapport.  Il-Gvern għaddej b’ konsultazzjoni dwar il-ħidma tiegħu biex f’pajjiżna tissaħħaħ il-kultura imprenditorjali u tiġi żviluppata mentalita’ fejn min qiegħed fin-negozju jkun aktar apprezzat, filwaqt li jifhem li huwa, bħala imprenditur, għandu jkun ta’ servizz lejn min jirrikorri fin-negozju tiegħu. Din il-konsultazzjoni għandha tkun mill-aktar miftuħa u effettiva.
Wara id-diskors mill-Onor. Censu Galea, Ministru għall-Kompetitvita’ uKommunikazzjoni, il-konferenza ingħalqet mill-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow