“IL-GVERN HUWA QRIB TAS-SELF EMPLOYED” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO
pr0887
13/06/2006
| “Bil-ħidma li twettqet fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma Ġunju 2005 – Ġunju 2006, li kien imfassal biex iġib fis-seħħ iċ-Ċarter Ewropew għan-Negozji ż-Żgħar, inħolqot sinerġija bejn dawk kollha involuti bħala service providers għal min qiegħed | fin-negozju, u wriet kemm il-Gvern huwa qrib tas-self employed u s-sidien tan-negozji ż-żgħar.” B’dawn il-kliem, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed fetaħ id-diskors tiegħu f’għeluq il-Konferenza Nazzjonali li ġabet flimkien lil diversi uffiċjali minn Dipartimenti, Awtoritajiet u Entitajiet Governattivi li huma service providers għal min qiegħed fil-kummerċ u li kienu qegħdin jiltaqgħu flimkien ma’ uffiċjali oħra li jirrapreżentaw għaqdiet tan-negozju. |
| “Intom ilkoll li tinsabu miġbura hawn tirrapreżentaw l-enerġija li poplu jeħtieġ sabiex b’entużjażmu jagħraf iġib fis-seħħ viżjoni li tagħmel minn pajjiżna ċentru ta’ | attivita’ industrijali avvanzata, ċentru ta’ riċerka u innovazzjoni u ċentru ta’ attivita’ kummerċjali. F’din il-viżjoni, is-self employed u s-sidien tan-negozji żgħar għandhom ikollhom il priorita’ ta’ l-attenzjoni għaliex pajjizna ma jista’ jagħmel l-ebda progress fl-ebda qasam jekk mhux bil-ħila wkoll ta’ min huwa żgħir fin-negozju”. |
| “Għalhekk, il-konferenza ta’ llum tiswa biex filwaqt li tevalwa x’mar tajjeb u x’ma rnexxilniex inwettqu skond il-Pjan ta’ Ħidma tas-sena li għaddiet, inkunu qegħdin inħarsu ‘l | quddiem, lejn sena oħra ta’ ħidma, fejn ser ikollna programm ta’ ħidma ieħor maħsub biex l-inizjattivi tiegħu ikomplu jsaħħu id-disponibilita’ tal-Gvern biex ikun qrib min hu żgħir fin-negozju, isaħħaħ l-entużjażmu li huwa meħtieġ fl-attivita’ kummerċjali tagħna u ikompli jixpruna sinerġija fil-ħidma ta’ dawk kollha li huma fid-dmir li jkunu ta’ servizz lejn min qiegħed fin-negozju.” |
| Waqt il-konferenza dawk kollha li kienu preżenti ltaqgħu biex jiddiskutu, f’numru ta’ workshops | differenti, l-ħidma li twettqet tul is-sena li għaddiet (Ġunju 2005-Ġunju 2006), filwaqt li ddiskutew ukoll il-proposti għall-inizjattivi tal-Pjan ta’ Ħidma għas-sena ta’ ħidma li ġejja (Ġunju 2006-Ġunju 2007). Għalhekk, din il-konferenza serviet ukoll bħala il-fażi konklussiva tal-proċess ta’ konsultazzjoni għat-tfassil tal-Pjan ta’ Ħidma għas-sena li ġejja. |
| Bħalma ġara f’dawn l-aħħar tlett | snin, fil-ġimgħat li ġejjin, il-Parlament ikollu wkoll l-opportunita’ li jiddiskuti rapport li jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Dan ir-rapport ikun ibbażat fuq il-konferenza tal-lum, u r-rapporti minn kull workshop individwali jkunu inklużi fir-rapport. Il-Gvern għaddej b’ konsultazzjoni dwar il-ħidma tiegħu biex f’pajjiżna tissaħħaħ il-kultura imprenditorjali u tiġi żviluppata mentalita’ fejn min qiegħed fin-negozju jkun aktar apprezzat, filwaqt li jifhem li huwa, bħala imprenditur, għandu jkun ta’ servizz lejn min jirrikorri fin-negozju tiegħu. Din il-konsultazzjoni għandha tkun mill-aktar miftuħa u effettiva. |
| Wara id-diskors mill-Onor. Censu Galea, Ministru għall-Kompetitvita’ u | Kommunikazzjoni, il-konferenza ingħalqet mill-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi. |
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958