Diskors tal-Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazjoni Censu Galea fl-għeluq tal-Konferenza Annwali dwar ir-rapport ta’ ħidma tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji ż-Żghar u s-Self Employed
Iċ-Charter Ewropew għall-Intrapriżi ż-Żgħar kien approvat mill-istati membri ta’ l-Unjoni Ewropea f’Ġunju tas-sena 2000. Iċ-Charter jitlob lill-pajjizi membri u l-Kummissjoni Ewropea biex jagħtu appoġġ u inkoraġġiment lill-intrapriżi żgħar f’10 oqsma prinċipali jiġifieri:
1. L-edukazzjoni u t-taħriġ għall-imprenditorija;
2. L-Ambjent li jiffaċilita l-mod kif negozji jkunu jistgħu jibdew joperaw kemm jista’ jkun malajr bl-inqas spejjeż;
3. Il-Leġiżlazzjoni u r-regolamentazzjoni li tirrispetta ċ-ċirkustanzi tan-negozju
4. Is-Snajja’;
5. It-Titjib ta’ l-aċċess għall-internet;
| 6. Aċċess aħjar tal-benefiċċji u | l-vantaġġi tas-suq wieħed ta’ l-Unjoni Ewropea; |
| 7. Inizjattivi rigward it-tassazzjoni | u l-finanzi; |
| 8. It-Tisħiħ tal-kapaċitajiet teknoliġiċi | ta’ l-intrapriżi ż-żgħar; |
| 9. L-Użu ta’ mudelli tal-kummerċ | elettroniku; u |
10. Ir-rappreżentanza iktar b’saħħitha u effettiva ta’ l-interessi tan-negozji ż-żgħar fil-livell nazzjonali u ta’ l-Unjoni Ewropea
| Kif diġa’ ntqal il-pjan ta’ azzjoni tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni huwa ntenzjonat biex jittieħdu azzjonijiet fl-oqsma prinċipali tac-Charter u għaldaqstant il-progress li qiegħed jiġi reġistrat fil-pjan ta’ ħidma huwa indikazzjoni tal-progress li qed isir | fl-oqsma taċ-Charter. |
| L-obbligi taċ-Charter huma wisgħin u t-twettieq tagħhom jeħtieġ is-sehem ta’ diversi entitajiet li għandhom x’jaqsmu man-negozju. Għalhekk, fir-rapport li ddiskutejna llum m’hemmx imniżżel biss l-inizjattivi li diġa’ ttieħdu, iżda hemm ukoll l-inizjattivi li ttieħdu minn | l-entitatjiet li huma llum rappreżentati minnkom hawnekk. Għaldaqstant, hija meħtieġa l-koperazzjoni u komunikazzjoni kontinwa bejn l-istakeholders kollha biex il-miri taċ-Charter jintlaħqu. |
L-azzjonijiet li jittieħdu b’konnessjoni maċ-Charter m’għandhomx jiġu kkunsidrati waħedhom, iżda għandhom jitqiesu bħala azzjonijiet li jikkumplimentaw il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma għas-snin 2005-2008. Dan il-programm hu msejjes fuq direzzjoni li l-kapijiet tal-pajjiżi membri qablu li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu sabiex ikun hemm tkabbir ekonomiku iktar b’saħħtu u dejjiemi, filwaqt li jinħolqu iktar opportunitajiet tax- xoghol.
Il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma, li huwa riżultat ta’ konsultazzjoni wiesgħa, jelenka l-isfidi li Malta qed tiffaċċja f’ħames oqsma prinċipali li huma:
1. Is-Sostenniblita’ tal-Finanzi Pubbliċi
2. Il-Kompetittivita’;
3. Ix-Xogħol;
4. L-Edukazzjoni u t-Taħriġ; u
5. L-Ambjent.
| Il-programm ma jieqafx hemm iżda jindika ukoll il-miżuri li ser jittieħdu biex Malta tkun tista’ | tilqa’ għal dawn l-isfidi. Hawnhekk, tajjeb ta’ min isemmi li għalkemm m’huwiex ser jintalab iżjed li l-pajjiżi membri iwieġbu għall-kwestjonarju dwar il-progress fl-implimentazzjoni taċ-Charter, il-punti importanti tar-rapport, partikolarment dawk li jikkonċernaw l-intrapriżi żgħar u medji se jingħataw lill-Kummissjoni Ewropea. Madanakollu, kif ġie maqbul fil-laqgħa ta’ l-Enterprise Policy Group is-sena li għaddiet, fir-rapport dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma kull pajjiż hu mistenni li jelenka l-inizjattivi li qed jieħu favur in-negozji ż–żgħar. Għaldqstant, ir-rapport li ġie diskuss illum ser jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea meta ġimgħatejn oħra ser tiġi delegazzjoni biex teżamina l-progress ta’ Malta fit-twettieq ta’ l-istrateġija tar-riforma. |
| Minbarra dan kollu, il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni għaddej b’ħidma oħra kontinwa f’diversi setturi li indirettament jolqtu | lin-negozjant. Fil-qasam tar-riforma tal-portijiet, nafu li propju ftit tal-jiem ilu kien iffirmat il-kuntratt relattiv bejn l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta w l-kumpanija Valletta Gateway Terminals Limited għall-immaniġġjar tal-merkanzija fil-Port il-Kbir. |
| B’din il-bidla radikali se jiġu effetwati dawk in-negozjanti kollha li jesportaw u jimportaw minn u lejn pajjiżna, għaliex minbarra dak kollu li ġie milħuq fir-rigward | tat-titjib ta’ l-operat tal-port u r-roħs tat-tariffi fl-użu tal-port, il-Ministeru qiegħed ikompli għaddej b’iktar diskussjonijiet ma’ rappreżentanti tal-ħaddiema w id-diversi entitajiet l-oħra li jipprovdu servizzi fil-portijiet, sabiex tiżdied l-effiċjenza u jitnaqqsu iżjed it-tariffi massimi għall-ħlas ta’ l-immaniġġjar tal-merkanzija. Fl-aħħar mill-aħħar, dawn ir-riformi għandhom iwasslu ukoll sabiex tiżdied il-kompetittivita’ ta’ l-industrija lokali, kif ukoll biex il-konsumatur igawdi minn roħs fil-prezzijiet. |
| Minn naħa l-oħra, meta nitkellmu dwar id-direttiva għall-provvediment ta’ servizzi fis-suq intern ta’ l-UE, il-Ministeru kompla jaħdem b’laqgħat kontinwi u proposti bl-iskop li jintlaħaq qbil sabiex l-intrapriżi ż-żgħar li joperaw f’dan il-qasam tas-servizzi, jibbenifikaw mill-opportunitajiet li joffri s-suq intern ta’ l-UE b’inqas xkiel u ostakli legali u | amministrattivi. |
| Fis-sezzjoni tat-telekomunikazzjonijiet, | l-intrapriżi ż-żgħar ukoll bdew igawdu mill-politika tal-Gvern li jilliberalizza s-settur. Minbarra l-iżviluppi kontinwi li seħħew b’riżultat tas-suq ħieles li għandna llum, in-negozjanti ta’ l-intrapriżi ż-żgħar jinteresshom b’mod partikolari iż-żieda kontinwa ta’ servizzi offruti, faċilita’ ta’ komunikazzjoni, u r-roħs fir-rati speċjalment f’sejħiet internazzjonali u fl-użu tal-broadband. |
| Illum iktar minn qatt qabel qegħdin ngħixu fi żminijiet ta’ sfidi u | opportunitajiet. Nistgħu noħorġu minn hawn kuntenti b’dak li wettaqna flimkien u ninsew dak li stajna u għad fadlilna nagħmlu. Jekk nagħmlu hekk, inkunu qegħdin nonqsu lil xulxin, lil pajjiżna u lil uliedna. Tajjeb li nkunu sodisfatti bir-riżultati, pero’, b’determinazzjoni rridu nippersistu f’ħidma fejjieda biex l-isfidi li joffri iċ-Charter Ewropew hekk kif issa nkwadrat fil-Programm Nazzjonali ta’ Riforma, inkunu nistgħu nilqgħuhom għall-ġid kollettiv ta’ pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958