Left arrow Mur Lura

Tqassim taċ-Certifikati tal-Middle Management Course

pr0884
Date Icon 13/06/2006

It-tagħlim u t-taħriġ hu għodda importanti għal min dieħel jew diġa` qiegħed fid-dinja tax-xogħol u l-impjegat għandu jibqa’ aġġornat ma’ l-iżviluppi li jseħħu minn żmien għall-ieħor billi jsegwi korsijiet li jikkumplimentaw mal-professjoni tiegħu.  Dan qalu l-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, Ninu Zammit meta kien qed jippreżenta ċertifikati ta’ attendenza tal-Middle Management Course.

Il-Ministru qal li l-programm ta’ taħriġ kien mifrux fuq sentejn u kien immexxi primarjament mill-BICC b’ko-ordinazzjoni mal-Fakulta` ta’ l-Arkitettura u l-Inginerija Ċivili fi ħdan l-Universita` ta’ Malta.  Il-kors hu mfassal sabiex jipprovdi l-elementi bażiċi fl-iżvilupp tar-riżorsi umani f’fatturi importanti tal-middle management u hu ntenzjonat li jipprepara lill-partecipanti fl-immaniġġjar ta’ proġetti tal-kostruzzjoni.

Għal dan l-iskop il-kors hu strutturat fuq tliet temi prinċipali li huma:-

a)Ko-ordinazzjoni u organizzazzjoni tal-proġett
b)Maniġġjar tas-sit tal-kostruzzjoni
c)Maniġġjar tar-riżorsi umani nvoluti fit-twettiq tal-proġett.

Il-Ministru kompla billi semma wħud mit-temi li jkunu koperti fil-kors, bħall-ippjanar tal-proġett, kontroll u monitoraġġ tal-proġett, aspetti kuntrattwali u legali, l-immaniġġjar tas-servizzi u l-aspett tal-kwalita` fl-implimentazzjoni tal-proġett, is-saħħa u s-sigurta` fuq is-sit tal-kostruzzjoni u aspetti oħra relatati ma’ proġetti tal-kostruzzjoni.  Fattur ieħor li l-kors jiffoka fuqu huwa l-proċeduri li japplikaw fuq proġetti partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ awtoritajiet governattivi bħal MEPA.

Għall-preżentazzjoni kien hemm preżenti 13-il parteċipant li temmew b’suċċess dan il-kors u bħalissa hemm madwar 19-il parteċipant li bdew l-istess kors f’Jannar ta’ din is-sena.

Fl-aħħarnett il-Ministru Zammit qal li huwa maħsub li aktar tard din is-sena jiġi organizzat kors ġdid li jwassal għad Diploma fil-Project Management.  L-għan prinċipali ta’ dan il-course hu li joffri opportunita` lill-istudenti li jkunu temmew il-Middle ManagementCourse sabiex jispeċjalizzaw fl-istudji tagħhom iffukat fuq is-settur maniġerjali. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow