Left arrow Mur Lura

Abbożż ta’ Liġi li jemenda il-Kodiċi Ċivili.

pr0878
Date Icon 12/06/2006

Il-Gvern ippublika Abbożż ta’ Liġi li jemenda il-Kodiċi Ċivili. Dawn l-emendi jaħsbu sabiex:  

1)   Fil-Każ ta’ persuni mwielda barra ż-żwieġ, l-istatus ta’ l-omm bħala ġenitur wieħed, (“single mother”) ma jiġix indikat – għal skopijiet ta’ Privacy – fiċ-ċertifikat tat-twelid tat-tifel. 

2)   L-azzjoni kontra arrikiment mhux ġustifikat (unjustified enrichment), qiegħda tiġi espressament introdotta fil-Kodiċi Ċivili. Min jieħu vantaġġ  mhux ġustifikat ghad-dannu ta’ ħaddieħor irid jikkumpensa għal dan. 

3)   Għall-ewwel darba, ċerti mobbli ta’ valur ikunu jistgħu jingħataw bħala garanzija għal self, bl-introduzzjoni ta’ privileġġi u ipoteki fuq ċerti mobbli li jistgħu jiġu elenkati b’avviż legali, li jġorru magħhom dak il-privileġġ u ipoteka anki meta jinbiegħu (“droit de suite”). Sal-lum dan ma kienx possibbli. 

4)   Għar-rigward tfal imwielda qabel Diċembru 2003 meta daħlu fis-seħħ ir-riformi fil-liġi tal-familja, il-missier li jixtieq jibda kawża ta’ denegata paternita’, biex jipprova li l-wild li jidher fuq ismu mhux tiegħu, jista’ jagħmel dan bir-regoli applikabbli għat-tfal imwielda wara dik id-data, basta dik l-azzjoni ssir sa l-aħħar ta’ l-2007. 

5)   Il-Qorti tista’ f’kawża ta’ separazzjoni wara li tkun iddeċidiet il-kawża u l-meriti tas-separazzjoni innifisha, tordna li l-kwestjonijiet ta’ dettal, bħal-likwidazzjoni tal-komunjoni ta’ l-akkwisti, isiru miċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow