Left arrow Mur Lura

IL-MEDIA LABURISTA TAGĦTI PROMINENZA BISS LILL-ALLEGAZZJONIJIET TAGĦHA

pr0873
Date Icon 11/06/2006
Il-MinistruMichael Frendo jirrepeti li kien hu li talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga allegazzjonijiet pubblikati fil-media tal-Malta Labour Party, ftit tal-ħin biss wara li wasal għall-attenzjoni tiegħu l-ewwel rapport fuq il-media Laburista. Fl-aħħar jiem, deheru diversi rapporti fil-media Laburista dwar allegat tqassim ta’ CD’s foloz waqt attivita’ organizzata mill-ħbieb ta’ DrMichael Frendo fil-lejl tal-Eurovision.
Fil-ħin li deher l-ewwel rapport, il-MinistruFrendo kien Franza jipparteċipa fir-raba’ edizzjoni tal-World Investment Conference. Malli r-rapport tal-media Laburista wasal għall-attenzjoni tal-Ministru Frendo, illi assolutament ma kellu l-ebda konjizzjoni ta’ dak li gie allegat, il-Ministru Frendo ċempel minn Franza lill-Kummissarju tal-Pulizija biex iġib a konjizzjoni tiegħu l-istorja msemmija u biex jitlob li l-Kummissarju jieħu dawk il-passi li huwa jidhirlu li jkunu meħtieġa għar-rigward ta’ dak li jista’ jirriżultalu dwar l-allegazzjonijiet magħmula. L-għada, l-Ġimgħa filgħodu ntbagħtet kopja ta’ ittra permezz ta’ fax lill-Kummissarju tal-Pulizija b’segwitu għal din it-telefonata u kif il-Ministru Frendo wasal Malta minn Franza l-ittra oriġinali ntbagħtet by hand lill-Kummissarju tal-Pulizija. L-ittra, datata 9 ta’ Ġunju, li ntbagħtet lill-Kummissarju tal-Pulizija dakinhar stess, qed tiġi ppubblikata flimkien ma’ din l-isqarrija.
Fid-dawl ta’ dan, l-persuna mis-segretarjatmsemmija mill-media Laburista, fl-allegazzjonijiet magħmula, ntalab biex ma jirrapurtax għax-xogħol.
Il-Ministru Frendo jrid kjarezza sħiħa dwar dinl-istorja. Sadanittant kulhadd ghandu jirrispetta l-process tal-investigazzjoni tal-Pulizija.
Il-Ministru Frendo jikkundanna bis-sħiħkwalunkwe’ ksur tal-Liġi dwar il-copyright, tirriżulta fejn tirriżulta. Abbażi tar-riżultati ta’ l-investigazzjoni tal-Pulizija, tittieħed l-azzjoni kollha li jkun hemm bżonn tittieħed.
Il-mediaLaburista għandha jkollha l-kuraġġ li tirraporta dan bl-istess prominenza li tagħti għall-allegazzjonijiet li tagħmel.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow