IMMANIĠĠJAR TAL-MERKANZIJA FIL-PORT IL-KBIR: IFFIRMAT IL-KUNTRATT BEJN L-AWTORITA’ MARITTIMA TA’ MALTA U L-KUMPANIJA VALLETTA GATEWAY TERMINALS LTD
pr0871
10/06/2006
| Wara | li fil-jiem li għaddew, il-Gvern iffinalizza l-proċess ta’ l-għażla ta’ l-operatur għall-immaniġġjar tal-merkanzija fil-Port il-Kbir, illum ġie ffirmat il-kuntratt relattiv bejn l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta u l-kumpanija Valletta Gateway Terminals Limited għall-perjodu ta’ 30 sena. Il-kumpanija hija komposta minn Portek Ports (Mauritius) Ltd. b’sehem ta’ 55% u TF Shipping Agencies Ltd. b’sehem ta’ 45%. |
| Portek | Ports (Mauritius) Ltd. hija kumpanija sussidjarja tal-kumpanija barranija Portek Group (Singapore) li hija bbażata f’Singapore u hija nvoluta fl-inġinerija portwarja, kiri ta’ mpjant portwarju u operazzjoni ta’ terminals tal-merkanzija f’erba’ portijiet fl-Indoneżja u port ieħor fl-Alġerija. TF Shipping Agencies Ltd. hija kumpanija sussidjarja tal-kumpanija lokali Tumas Group li tħaddem ’il fuq minn 1,000 ħaddiem f’diversi setturi ta’ l-ekonomija f’Malta. |
| Il-kumpanija | ser tinvesti ’il fuq minn LM5,200,000 fl-infrastruttura portwarja meħtieġa fil-Port il-Kbir fl-ewwel tliet snin tal-kuntratt, ser tħallas kera ta’ LM350,000 fis-sena lill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta kif ukoll throughput charge ta’ 2% fuq l-introjtu tal-kumpanija mill-volum tal-merkanzija. Il-kumpanija ser ukoll tikkontribwixxi somma ta’ LM500,000 għax-xogħolijiet ta’ tiswija meħtieġa fuq il-moll tad-Deep Water Quay fix-xatt tal-Marsa. Il-kumpanija għandha wkoll pjanijiet sabiex tistabbilixxi l-Port il-Kbir bħala port loġistiku tal-merkanzija fiċ-ċentru tal-Mediterran. Madanakollu, it-tariffi massimi għall-ħlas ta’ l-immaniġġjar tal-merkanzija ser ikunu inqas minn dawk li għandna sal-lum. Permezz ta’ dan il-kuntratt, il-kumpanija ntrabtet ukoll li ddaħħal tariffi konsolidati għas-servizzi li ser tipprovdi u li r-roħs f’dawn it-tariffi għandu jidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ din is-sena. |
| Waqt | in-negozjati mal-kumpanija Valletta Gateway Terminals Limited, kien assigurat ukoll li l-ħaddiema kollha ta’ l-operatur preżenti kienu ser iżommu l-impjiegi tagħhom. Fil-fatt, fil-jiem li għaddew, il-kumpanija laħqet ftehim mal-ħaddiema preżenti tal-kumpanija The Cargo Handling Company Limited li bħalissa għandha l-kuntratt għall-immaniġġjar tal-merkanzija fil-Port il-Kbir, kif ukoll mad-Delivery Clerks. |
| Għall-iffirmar | tal-kuntratt dehru Dr Marc Bonello minn naħa ta’ l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta, filwaqt illi s-Sinjuri George Fenech u Choon Seng Lam dehru għan-naħa ta’ Valletta Gateway Terminals Limited. Preżenti għall-iffirmar tal-kuntratt kien hemm il-Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, Censu Galea, li wera s-sodisfazzjoni tiegħu għall-fatt li l-proċess ta’ l-għażla ta’ l-operatur għall-immaniġġjar tal-merkanzija fil-Port il-Kbir tlesta fil-ħin ippjanat sabiex jippermetti l-kumpanija l-ġdida tagħmel it-tħejjijiet biex tibda topera fil-bidu ta’ Lulju. Il-Ministru Galea stqarr li huwa kien fiduċjuż illi l-għażla ta’ l-operatur il-ġdid għandha twassal biex tiżdied l-attivita’ portwarja kif ukoll l-opportunita’ ta’ xogħol ġdid fil-Port il-Kbir. Huwa awgura lill-kumpanija Valletta Gateway Terminals Limited ħidma siewja għall-benefiċċju tal-pajjiż, tal-ħaddiema li jiddependu mill-portijiet għall-għejxien tagħhom kif ukoll ta’ l-istess kumpanija. Minbarra hekk, dan il-ftehim għandu jkun ukoll ta’ benefiċċju għall-industrija lokali u l-ħaddiema tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958