Left arrow Mur Lura

STEJJER TA’ SUĊĊESS FIL-PARTEĊIPAZZJONI TAN-NEGOZJI ŻGĦAR U S-SELF EMPLOYED FI PROĠETTI FFINANZJATI MILL-UNJONI EWROPEA

pr0868
Date Icon 09/06/2006

Waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed l-Onor. Edwin Vassallo ltaqa’ ma’ l-ewwel 20 parteċipant li ħadu sehem fi proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, u li permezz tagħhom negozji Maltin qegħdin jiltaqgħu ma’ negozji oħra barranin sabiex jesploraw il-possibilta’ ta’ tkabbir fin-negozju tagħhom.

L-ewwel 20 parteċipant minn 300 li ser ikunu qed jipparteċipaw fi proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea din is-sena, ħadu sehem taħt żewġ proġetti ta’ koperazzjoni bejn il-pajjiżi, intitolati – BOSS (Business Opportunities and Services for Border Small-Micro Companies) u INCOME.  Dawn il-proġetti nħadmu permezz tal-konsulenti Paragon Europe u Foundation for Women Entrepreneurs.

Permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom, dawn kienu l-ewwel għoxrin parteċipant li qegħdin jiltaqgħu ma’ negozji oħra bħalhom bil-ħsieb li jkabbru l-operat tagħhom jew jidħlu fi sħubija kummerċjali ma’ kumpaniji barranin.  Fil-bidu ta’ Lulju ser ikun hemm aktar negozji li jipparteċipaw fi proġetti oħra.  50 negozjant, li ivarjaw minn tour operators u ċeramisti, ser jipparteċipaw taħt il-Proġett Medpot, li ser jgħaqqad flimkien iċ-ċeramika u t-turiżmu.  15-il negozjant ser jattendu għal laqghat one-to-one fuq moda u disinn, filwaqt li 15-il negozjant ieħor ser ikollhom l-opportunita’ li jattendu għal laqgħat one-to-one fuq l-industrija tad-dgħajjes.

Is-Segretarju Parlamentari l-Onor Edwin Vassallo qal “hija l-prijorita’ tal-Gvern li, permezz tas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, jkun qrib ta’ dawk kollha li huma responsabbli mill-promozzjoni u l-introduzzjoni tal-programmi ta’ l-Unjoni Ewropea, biex hekk naraw numru akbar ta’ sidien ta’ negozji żgħar li jipparteċipaw f’dawn il-programmi.

“Għal dan il-għan, is-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed qed iniedi diversi proġetti flimkien ma’ konsulenti privati sabiex in-negozji jkunu jistgħu jipparteċipaw fihom.

“Dawn il-konsulenti qegħdin ukoll jaħdmu flimkien mas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed sabiex bħala pajjiż inkunu nistgħu nagħmlu l-aħjar użu mill-programmi kollha disponibbli.  B’hekk inkunu qegħdin ngħinu lin-negozji ż-żgħar jipparteċipaw fl-akbar numru ta’ programmi ta’ l-Unjoni Ewropea possibbli.  B’hekk dawn ikunu jistgħu itejjbu lilhom infushom, l-operat tagħhom, u jagħmlu kuntatti ġodda sabiex jekk jista’ jkun ikabbru wkoll l-attivita’ kummerċjali tagħhom.  Irridu li aktar negozji jiġu flimkien u jitkellmu sabiex is-sidien tan-negozji tagħna jfittxu kif jistgħu jkomplu jikbru barra minn pajjiżna filwaqt li jkabbru l-ġid tagħhom f’pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari temm billi qal li “bl-Isħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea l-opportunitajiet żdiedu bil-bosta u hemm ħafna opportunitajiet u vantaġġi li nistgħu nieħdu, iżda issa rridu nkunu aħna li nagħrfu nagħmlu l-aħjar użu tagħhom”.

L-20 parteċipant fil-proġetti BOSS (Business Opportunities and Services for Border Small-Micro Companies) u Income kienu dawn.

BOSS

Konsulent fl-IT

Konsulent Finanzjarju

Galbest

Cilia Products

Mosta bacon

Grano D'oro

Nectar

Barbeque World

DMS Ltd

Neriku

Cilia Products

Mosta bacon

Nectar

Barbeque World

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow