Left arrow Go Back

KONKLUŻJONI TAL-KUMITAT TA’ L-APPLIKAZZJONI TA’ L-ISTANDARDS TAL-ILO

pr0867
Date Icon 09/06/2006

Il-Gvern illum ġie nformat bil-konklużjoni tal-Kumitat ta’ l-Applikazzjoni ta’ l-iStandards ta’ l-ILO dwar każ imressaq mill-GWU.  Issa jmiss li l-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-ILO jieħu pożizzjoni dwar il-konklużjoni tal-Kumitat.

Fil-konklużjoni tiegħu dan il-kumitat qed jagħti parir lill-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-ILO li employers u unions għandhom ikollhom id-dritt li jinnegozjaw u jiftehmu jekk festa pubblika li taħbat is-Sibt jew il-Ħadd tiżdiedx mal-leave, u li fejn dan ikun diġa’ ġie miftiehem, il-ftehim kollettiv għandu jiġi osservat.

Dan ir-rapport ser ikun ikkunsidrat mill-Gvern wara li l-Bord tal-Gvernaturi tal-ILO jieħu pożizzjoni dwaru.

Il-Gvern irid ifakkar li l-artiklu fil-Liġi dwar il-Festi Pubbliċi li dwarha ikkonkluda dan il-kumitat tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol kien fil-fatt ġie mdaħħal minn Gvern immexxi mill-Partit Laburista.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow