2006 Malta IEE National Info Day:L-Impenn ta’ Malta’s għal Enerġija Intelliġenti
Aktar effiċjenza fl-enerġija u użu akbar ta’ enerġija li tiġġedded huma soluzzjonijiet importanti għall-isfidi ta’ bħalissa fil-qasam ta’ l-enerġija u opportunità ekonomika fl-istess ħin, billi jiftħu swieq għal teknoloġiji ġodda, joħolqu l-impjiegi u jagħmlu l-ekonomija Ewropea aktar kompetittiva.
Il-programm ta’ l-Unjoni Ewropea “Enerġija Effiċjenti – Ewropa” (EIE) jindirizza l-mistoqsijiet ewlenin: kif tieħu vantaġġ ta’ dawn l-opportunitajiet tas-suq, kif iżżid it-teħid ta’ teknoloġiji ġodda u kif tikkonverti politika Ewropea fuq l-effiċjenza fl-enerġija u enerġija li tiġġedded f’azzjoni fil-prattika.
Il-programm jappoġġa proġetti Ewropej, avvenimenti ta’ darba (per eż. konferenzi) u t-twaqqif ta’ aġenziji lokali jew reġjonali ta’ l-enerġija. Is-sejħa għal proposti fi tlett oqsma tal-programm għadha kif ġiet ippublikata. Dawn huma “SAVE” (effiċjenza fl-enerġija), “ALTENER” (sorsi ġodda u li jiġġeddu t’enerġija) u “STEER” (aspetti t’enerġija fit-trasport).
Biex jiġi spjegat aħjar il-programm EIE il-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura, permezz tal-Kuntatt Nazzjonali Malti ta’ l-EIE, se jorganizza Jum t’Informazzjoni fil-15 ta’ Ġunju 2006 (filgħodu) f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Valletta.
Il-preżentazzjonijiet se jsiru minn Waltraud Schmid, mill-Aġenzija Eżekuttiva ta’ l-Enerġija Intelliġenti (AEEI) fi Brussel. Schmid ħadmet bħala Project Officer fl-Aġenzija ta’ l-Enerġija ta’ l-Awstrija għal tmien snin qabel ma marret mad-Direttorat Ġenerali għat-Trasport u l-Enerġija fil-Kummissjoni Ewropea, timmaniġja l-qasam SAVE tal-programm EIE.
Minn Frar 2005 sal-lum serviet ta’ Senior Project Officer fl-AEEI u ħadmet fil-Unit responsabbli minn SAVE, STEER u Azzjonijiet Orizzontali. Dan il-Jum se jkun indirizzat ukoll mill-Onor. Ninu Zammit, Ministru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Reġistrazzjoni għal dan il-Jum t’Informazzjoni tista’ ssir permezz ta’ l-email (iee@gov.mt), billi tagħti isem, kunjom, isem l-organizzazzjoni u detalji biex nikkuntattjaw (telephone, fax u email) il-parteċipant. Informazzjoni relatata tista’ tinkiseb mill-web page ta’ l-avveniment (http://www.iee.gov.mt).
Il-lingwa li se tintuża f’dan il-Jum ta’ Informazzjoni se tkun l-Ingliż.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958