Left arrow Mur Lura

E-News fuq Education 22

pr0862
Date Icon 09/06/2006

Education 22 jirreferi għall-istqarrija ta' l-Awtorita' tax-Xandir intitolata "E-News li jixxandru fuq Education22" li fiha l-Awtorita' tat direttiva lill-istazzjon biex tiddedika edizzjoni tal-programm E-news lill-abbozz ta' pjan tal-Partit Laburista dwar l-Edukazzjoni.  

L-Istazzjon Edukattiv jixtieq jiċċara li ma kellux għalfejn jistenna d-direttiva formali ta' l-Awtorita' tax-Xandir biex jagħti coverage lill-pjan tal-Partit Laburista dwar l-Edukazzjoni. Dan il-pjan ġie mniedi s-Sibt 27 ta' Mejju waqt konferenza ta' l-aħbarijiet.   

Ta' min jgħid li  Education 22 ma kienx mistieden mill-MLP għall-konferenza ta' l-aħbarijiet. Mandankollu il-’producer’ responsabbli mill-programm E-news għamlet kuntatt mal-Kelliema tal-MLP dwar l-Edukazzjoni, t-Tnejn 30 ta' Mejju, 2006 hekk kif daħlet għax-xogħol.  Dak in-nhar sar appuntament mal-Onor. Carmelo Abela għat-Tlieta 6 ta' Ġunju biex tiġi ffilmjata intervista miegħu.  Dan l-appuntament sar għall-konvenzjenza ta' l-Onor. Abela.  

Fil-fatt ma' l-Onor. Abela ma saritx biss intervista għall-programm E-News iżda anki intervista ta' kwarta għall-programm "E-News jiltaqa", li diġa' xxandret nhar it-Tlieta li għadda. 

Education 22 irid jagħmilha ċara li kemm 'E-News' kif ukoll ”E-News jiltaqa” huma żewġ programmi ta' Ġrajjiet Kurrenti u mhux ta' aħbarijiet tal-ġurnata. Għalhekk iħoss li huwa aċċettabbli li items inklużi f'dawn il-programmi ma jkunux strettament tal-ġurnata. 

F'dawn iż-żewġ programmi l-Istazzjon kellu biss l-iskop li jkun informattiv b'tali mod li jidħol fid-dettall dwar suġġetti marbuta mal-qasam edukattiv, ġejjin minn fejn ġejjin. Bħalma għamel din id-darba l-istazzjon ma kellu bżonn l-ebda direttiva biex jinkludi item ta' interess nazzjonali dwar l-edukazzjoni bħalma kienet dik dwar id-dokument tal-Partit Laburista. 

Education 22 jieħu pjaċir jinnota l-Awtoritá tax-Xandir fl-istqarrija tagħha għarfet it-titjib sostanzjali li l-istazzjon għadda minnu dan l-aħħar, l-ispazju li jingħataw lil diversi oqsma li ħafna drabi ma jingħatawx minn stazzjonijiet oħra, kif ukoll il-bilanċ u l-imparzjalitá li jinżammu mill-istazzjon fil-programmi ta’ diskussjoni tiegħu. Bħalma dejjem għamel Education 22 se jibqa’ jaqdi l-missjoni tiegħu bħala stazzjon edukattiv għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow