Left arrow Mur Lura

SKEMA TA’ GĦAJNUNA GĦAS-SETTUR TAL-ĦALIB

pr0853
Date Icon 06/06/2006

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent nieda skema ġdida ta’ għajnuna li permezz tagħha raħħala fis-settur tal-ħalib se jibbenefikaw minn fondi bħala nċentiv għall-investiment fl-irziezet tagħhom.

”Biex dan is-settur ikompli jiżviluppa fid-direzzjoni t-tajba jeħtieġ li jitkompla l-investiment meħtieġ skond ma ġie nnegozjat ma’ l-Unjoni Ewropea,” qal il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino. ”Dan l-investiment għandu jsir  fl-iqsar żmien possibbli, possibilment fil-perjodu ta’ bejn l-2006 u l-2008.”

Il-fondi msemmija jaqgħu taħt l-iSpecial Marketing Policy Programme for Maltese Agriculture, kif ukoll l-iskema Meeting Standards mill-fondi ta’ l-Iżvilupp Rurali u miżuri oħrajn.

Biex jibbenefikaw mill-iskema, ir-raħħala għandhom iħejju programm tax-xogħlijiet li jridu jsiru fir-razzett flimkien ma’ kwotazzjonijiet għal dawn ix-xogħlijiet. Ir-raħħala jibbenefikaw minn madwar 50 fil-mija tan-nefqa. Il-kumplament jinħareġ mir-raħħala nfushom.

”Is-settur tal-ħalib, li huwa wieħed mill-pedini tas-settur agrikolu, ilu għaddej minn tibdiliet kbar u issa dieħel f’fażi importanti ta’ l-iżvilupp tiegħu,” qal il-Ministru Pullicino. ”Dawn it-tibdiliet wasslu għal investiment ta’ miljuni ta’ liri fl-impjant tal-Malta Dairy Products kif ukoll investiment ieħor sostanzjali fl-irziezet tal-membri tal-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib. Marbut ma’ dan hemm l-upgrading li sar permezz ta’ proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti fuq il-kwalita’ tal-ħalib.

“L-investiment għandu jkompli jsaħħaħ it-titjib li sar s’issa fl-iġjene, farm management u animal waste management. Dan kollu għandu jwassal għal aktar effiċjenza jew cost-saving għar-raħħal individwali u titjib fis-set-up tar-razzett li jwassal għal impatt pożittiv fuq l-ambjent. Ta’ min ifakkar li s-settur tal-ħalib jiddependi ħafna mill-magħlef imkabbar lokalment u dan dejjem kellu impatt pożittiv fuq l-ambjent u l-kampanja f’Malta u Għawdex,” qal il-Ministru Pullicino.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd Dr Francis Agius iltaqa’ mar-raħħala fejn ġie spjegat mill-uffiċjali tal-Ministeru kif se titħaddem l-iskema għall-għajnuna finanzjarja u teknika. Huwa appella biex ir-raħħala japplikaw għall-iskema li se tiftaħ mit-8 ta’ Ġunju u tagħlaq fis-27 ta’ Lulju 2006. Il-proposti tar-raħħala se jiġu evalwati minn kumitat tekniku. L-applikazzjonijiet li jirrikjedu permessi tal-MEPA se jiġu kkunsidrati taħt il-proċedura fast track li ġiet imwaqqfa għas-settur tal-livestock.

”Dan kollu għandu jiżgura li s-settur tal-ħalib ikompli jissaħħaħ bil-għan li jibqa’ kompetittiv u jwassal lill-konsumatur prodott dejjem frisk u bnin,” qal Dr Agius.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow