XOGĦLIJIET TA’ TISBIĦ LI SER JIBDLU X-XATT TAL-BIRGU F’ĊENTRU TA’ ATTIVITA’
pr0850
06/06/2006
| L-Lm400,000 | li qed jiġu nvestiti fix-xogħol ta’ tisbiħ u l-pavimentar fix-Xatt tal-Birgu ser jibdlu dawn l-inħawi f’ċentru ta’ attività uniku fil-Kottonera. |
| Meta | żar ix-xogħlijiet ta’ pavimentar li għaddej bħalissa mill-Bieb tal-Ammiraljat sal-Menqa tal-Birgu, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, Jesmond Mugliett qal li r-riġenerazzjoni tal-Kottonera kienet l-għan ewlieni tal-proġett tax-Xatt tal-Kottonera. Hu qal li għalkemm l-iżviluppi li seħħew matul ix-xatt fl-aħħar snin diġa’ bdew jilħqu dan l-għan, it-tisbiħ ta’ dan ix-xatt għandu jkun l-element li jgħaqqad dawn l-iżviluppi kollha. |
| “Issa | li parti sew mix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u restawr maħsuba għal matul ix-xatt tlestew, inħass il-bżonn li jissebbaħ ix-xatt sabiex dan jinbidel f’ċentru ta’ rikrejazzjoni li jiġġenera t-tip ta’ suċċess li kiseb fl-aħħar sena l-iżvilupp li sar fix-Xatt ta’ Pinto fil-Belt Valletta. B’dan il-proġett, it-Tliet Ibliet ser ikollhom żona pedonali max-xatt li tassew tirrifletti l-importanza storika u kulturali tagħhom” qal il-Ministru Mugliett. |
| Il-Gvern | kien alloka Lm170,000 għal dawn ix-xogħlijiet fl-aħħar budget. L-Awtorità Dwar it-Trasport ukoll hija sieħba f’dan il-proġett filwaqt li qed isir investiment anke mill-erba’ konsorzja li qed jikkontribwixxu direttament għax-xogħol ta’pavimentar u tisbiħ tal-promenade ta’ mal-baħar. |
| Il-proġett | ta’ tisbiħ jikkonsisti fit-twessiegħ tal-promenade ta’ mal-baħar, il-bini ta’ triq dejqa u l-pavimentarta’ l-inħawi. Dan ix-xogħol imbgħad jiġi kumplimentat permezz ta’ tħawwil ta’ siġar u t-tqegħid ta’ bankijiet u dwal. Ix-xogħol beda madwar xahrejn ilu bit-tqegħid ta’ servizzi ġodda matul ix-xatt. Sar ukoll xogħol biex setgħet tiġi rijabilitata l-istormwater system eżistenti biex din terġa tibda tintuża. Dan ix-xogħol jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu. Intant madwar ġimgħatejn ilu, beda it-tqegħid tal-pavimentar ġdid tal-granit fin-naħa tal-Menqa filwaqt li l-ġimgħa l-oħra, beda wkoll it-tqegħid tal-istess materjal quddiem il-bini tat-Teżorerija l-Antika. Ix-xogħol ta’ pavimentar mistenni jitlesta x-xahar id-dieħel. |
| It-triq | li qed tinbena matul ix-xatt ser ikollha aċċess kontrollat għall-vetturi privati u kummerċjali u mhux ser ikun jista’ jsir ipparkjar matulha ħlief fil-lay-byes li ser ikunu jistgħu jintużaw biex jingħataw servizzi lill-istabbilimenti li joperaw matul ix-xatt. It-triq għal issa ser tkun miksija bit-tarmak sakemm jitlesta l-bini tal-lukanda ħdejn il-Casinò di Venezia. Meta jitlesta l-bini tagħha, it-triq ukoll tinkesa bil-granit. |
| Minħabba | li matul ix-xatt hemm erba’ konsorzja differenti, il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq kellu jkun il-kordinatur tax-xogħlijiet, ifassal pjanta li tħares il-ħtiġiet tal-konsorzja, tar-residenti li hemm matul ix-xatt, kif ukoll in-nies li mistennija tibda’ żżur dawn l-inħawi għar-rikrejazzjoni. Fil-ġranet li għaddew saret ukoll sejħa fil-ġazzetti sabiex jiġu kkummissjonati xogħlijiet ta’ arti sabiex jitqegħdu f’postijiet differenti max-xatt. |
| Il-Ministeru | għall-Iżvilupp Urban u Toroq qiegħed iħares ukoll lejn il-ħtieġa li jitwessgħu l-interventi ta’ konservazzjoni imnedija minnu. Għalhekk xi ġimgħatejn ilu ħarġet it-tender sabiex issir Triq San Lawrenz li qegħda fuq wara tal-palazzi li hemm matul ix-xatt. Element importanti ieħor għas-suċċess ta’ dan il-proġett huwa l-organizzazzjoni aħjar tal-parkeġġ partikolarment f’ Xatt ir-Risq. Hawnhekk ukoll ser isiru xogħlijiet sabiex il-parkeġġ ikun massimizzat sabiex isostni l-attivita’ ġdida li ser tinħoloq. |
| “L-investiment | tal-Gvern f’dan il-proġett ta’ tisbiħ qed isir biex isaħħaħ anke l-investiment qawwi li qed isir mis-settur privat f’dawn l-inħawi. Fl-aħħar xhur tkompla l-investiment fit-Teżorerija l-Antika, fl-Infrastruttura tal-Yacht Marina, sar refurbishment fil-Casino’ di Venezia, inbena ‘sea wall’ madwar St. Angelo Mansions u nħarġu l-permessi għar-restawr tad-De Guiral Battery u l-Mariners Residency Club. Intant intefgħet l-applikazzjoni għal lukanda biswit il-Casino’. Hekk kif jitlesta x-xogħol ta’ pavimentar, ħames stabbilimenti tal-ikel mistennija jibdew joperaw. Fit-Teżorerija u l-istabbilimenti mistennija jkun hemm jaħdmu 80 ruħ. |
| Il-Ministru | Mugliett spjega wkoll li l-Gvern jara l-Kottonera bħala parti essenzjali minn esperjenza unika u wiesgħa li hija l-Port il-Kbir. Għalhekk l-aspett ta’ trasport huwa kritiku għas-suċċess tal-investimenti |
| “Kien | għalhekk li ftit tal-ġimgħat ilu l-Awtorità Marittima ħarġet sejħa għall-offerti għall-proviżjoni ta’ servizz ta’ trasport bil-baħar li jgħaqqad dan ix-xatt ma’ dak tal-Belt. Dan is-servizz ser joffri aċċess dirett u veloċi lil eluf ta’ Maltin u turisti. Ladarba jitwettaq il-proġett tal-Vertical Connection li ser jgħaqqad ix-xatt tal-Belt mal-pjazza ta’ Kastilja, il-passiġġieri mill-Kottonera ser ikollhom l-għażla li jaslu fiċ-centru tal-Belt fi ftit minuti b’mezzi ta’ trasport multi-modal minflok vjaġġ bil-karozza ta’ madwar nofs siegħa. |
| Il-proġett | ta’ landscaping mistenni jagħti spinta lir-riġenerazzjoni tal-Kottonera billi juri l-veru potenzjal ta’ dawn l-inħawi għall-kummerċ u d-divertiment. “Nistenna li naraw numru ta’ proġetti ndividwali jaqbdu r-ritmu, jitlestew u jsaħħu l-katina ta’ attrazzjonijiet f’dawn l-inħawi,” qal il-Ministru Mugliett. |
| Il-Ministru | għall-Iżvilupp Urban u Toroq temm billi rringrazzja lil dawk kollha li qed jieħdu sehem fil-proġett ta’ tisbiħ li huwa ddeskriva bħala ħolqa kruċjali fil-proċess biex tingħata ħajja ġdida lil dawn l-inħawi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958