Left arrow Go Back

XOGĦLIJIET TA’ TISBIĦ LI SER JIBDLU X-XATT TAL-BIRGU F’ĊENTRU TA’ ATTIVITA’

pr0850
Date Icon 06/06/2006
L-Lm400,000li qed jiġu nvestiti fix-xogħol ta’ tisbiħ u l-pavimentar fix-Xatt tal-Birgu ser jibdlu dawn l-inħawi f’ċentru ta’ attività uniku fil-Kottonera.
Metażar ix-xogħlijiet ta’ pavimentar li għaddej bħalissa mill-Bieb tal-Ammiraljat sal-Menqa tal-Birgu, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, Jesmond Mugliett qal li r-riġenerazzjoni tal-Kottonera kienet l-għan ewlieni tal-proġett tax-Xatt tal-Kottonera. Hu qal li għalkemm l-iżviluppi li seħħew matul ix-xatt fl-aħħar snin diġa’ bdew jilħqu dan l-għan, it-tisbiħ ta’ dan ix-xatt għandu jkun l-element li jgħaqqad dawn l-iżviluppi kollha.
“Issali parti sew mix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u restawr maħsuba għal matul ix-xatt tlestew, inħass il-bżonn li jissebbaħ ix-xatt sabiex dan jinbidel f’ċentru ta’ rikrejazzjoni li jiġġenera t-tip ta’ suċċess li kiseb fl-aħħar sena l-iżvilupp li sar fix-Xatt ta’ Pinto fil-Belt Valletta. B’dan il-proġett, it-Tliet Ibliet ser ikollhom żona pedonali max-xatt li tassew tirrifletti l-importanza storika u kulturali tagħhom” qal il-Ministru Mugliett.
Il-Gvernkien alloka Lm170,000 għal dawn ix-xogħlijiet fl-aħħar budget. L-Awtorità Dwar it-Trasport ukoll hija sieħba f’dan il-proġett filwaqt li qed isir investiment anke mill-erba’ konsorzja li qed jikkontribwixxu direttament għax-xogħol ta’pavimentar u tisbiħ tal-promenade ta’ mal-baħar.
Il-proġettta’ tisbiħ  jikkonsisti fit-twessiegħ tal-promenade ta’ mal-baħar, il-bini ta’ triq dejqa u l-pavimentarta’ l-inħawi. Dan ix-xogħol imbgħad jiġi kumplimentat permezz ta’ tħawwil ta’ siġar u t-tqegħid ta’ bankijiet u dwal.  Ix-xogħol beda madwar xahrejn ilu bit-tqegħid ta’ servizzi ġodda matul ix-xatt. Sar ukoll xogħol biex setgħet tiġi rijabilitata l-istormwater system eżistenti biex din terġa tibda tintuża. Dan ix-xogħol jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu. Intant madwar ġimgħatejn ilu, beda it-tqegħid tal-pavimentar ġdid tal-granit fin-naħa tal-Menqa filwaqt li l-ġimgħa l-oħra, beda wkoll it-tqegħid tal-istess materjal quddiem il-bini tat-Teżorerija l-Antika. Ix-xogħol ta’ pavimentar mistenni jitlesta x-xahar id-dieħel.
It-triqli qed tinbena matul ix-xatt ser ikollha aċċess kontrollat għall-vetturi privati u kummerċjali u mhux ser ikun jista’ jsir ipparkjar matulha ħlief fil-lay-byes li ser ikunu jistgħu jintużaw biex jingħataw servizzi lill-istabbilimenti li joperaw matul ix-xatt. It-triq għal issa ser tkun miksija bit-tarmak sakemm jitlesta l-bini tal-lukanda ħdejn il-Casinò di Venezia. Meta jitlesta l-bini tagħha, it-triq ukoll tinkesa bil-granit.
Minħabbali matul ix-xatt hemm erba’ konsorzja differenti, il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq kellu jkun il-kordinatur tax-xogħlijiet, ifassal pjanta li tħares il-ħtiġiet tal-konsorzja, tar-residenti li hemm matul ix-xatt, kif ukoll in-nies li mistennija tibda’ żżur dawn l-inħawi għar-rikrejazzjoni. Fil-ġranet li għaddew saret ukoll sejħa fil-ġazzetti sabiex jiġu kkummissjonati xogħlijiet ta’ arti sabiex jitqegħdu f’postijiet differenti max-xatt.
Il-Ministerugħall-Iżvilupp Urban u Toroq qiegħed iħares ukoll lejn il-ħtieġa li jitwessgħu l-interventi ta’ konservazzjoni imnedija minnu. Għalhekk xi ġimgħatejn ilu ħarġet it-tender sabiex issir Triq San Lawrenz li qegħda fuq wara tal-palazzi li hemm matul ix-xatt. Element importanti ieħor għas-suċċess ta’ dan il-proġett huwa l-organizzazzjoni aħjar tal-parkeġġ partikolarment f’ Xatt ir-Risq. Hawnhekk ukoll ser isiru xogħlijiet sabiex il-parkeġġ ikun massimizzat sabiex isostni l-attivita’ ġdida li ser tinħoloq.
“L-investimenttal-Gvern f’dan il-proġett ta’ tisbiħ qed isir biex isaħħaħ anke l-investiment qawwi li qed isir mis-settur privat f’dawn l-inħawi. Fl-aħħar xhur tkompla l-investiment fit-Teżorerija l-Antika, fl-Infrastruttura tal-Yacht Marina, sar refurbishment fil-Casino’ di Venezia, inbena ‘sea wall’ madwar St. Angelo Mansions u nħarġu l-permessi għar-restawr tad-De Guiral Battery u l-Mariners Residency Club. Intant intefgħet l-applikazzjoni għal lukanda biswit il-Casino’. Hekk kif jitlesta x-xogħol ta’ pavimentar, ħames stabbilimenti tal-ikel mistennija jibdew joperaw. Fit-Teżorerija u l-istabbilimenti mistennija jkun hemm jaħdmu 80 ruħ.
Il-MinistruMugliett spjega wkoll li l-Gvern jara l-Kottonera bħala parti essenzjali minn esperjenza unika u wiesgħa li hija l-Port il-Kbir. Għalhekk l-aspett ta’ trasport huwa kritiku għas-suċċess tal-investimenti
“Kiengħalhekk li ftit tal-ġimgħat ilu l-Awtorità Marittima ħarġet sejħa għall-offerti għall-proviżjoni ta’ servizz ta’ trasport bil-baħar li jgħaqqad dan ix-xatt ma’ dak tal-Belt. Dan is-servizz ser joffri aċċess dirett u veloċi lil eluf ta’ Maltin u turisti. Ladarba jitwettaq il-proġett tal-Vertical Connection li ser jgħaqqad ix-xatt tal-Belt mal-pjazza ta’ Kastilja, il-passiġġieri mill-Kottonera ser ikollhom l-għażla li jaslu fiċ-centru tal-Belt fi ftit minuti b’mezzi ta’ trasport multi-modal minflok vjaġġ bil-karozza ta’ madwar nofs siegħa.
Il-proġettta’ landscaping mistenni jagħti spinta lir-riġenerazzjoni tal-Kottonera billi juri l-veru potenzjal ta’ dawn l-inħawi għall-kummerċ u d-divertiment. “Nistenna li naraw numru ta’ proġetti ndividwali jaqbdu r-ritmu, jitlestew u jsaħħu l-katina ta’ attrazzjonijiet f’dawn l-inħawi,” qal il-Ministru Mugliett.
Il-Ministrugħall-Iżvilupp Urban u Toroq temm billi rringrazzja lil dawk kollha li qed jieħdu sehem fil-proġett ta’ tisbiħ li huwa ddeskriva bħala ħolqa kruċjali fil-proċess biex tingħata ħajja ġdida lil dawn l-inħawi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow