Rikonoxximent għall-kċina Maltija
pr0849
06/06/2006
| L-‘Editorial | Ofice’ ta’ Spanja fl-1978 waqqfu f’Madrid ‘The Trade Leaders’ Club’, għaqda ta’ impriżi b’aktar minn 7,000 membru f’120 pajjiż. Din l-għaqda tiġbor fiha l-oqsma kollha ta’ attività fil-produzzjoni u s-servizzi. |
| Dan | il-club twaqqaf bl-iskop li jkun hemm rabta bejn il-kumpanniji kollha li ntagħżlu u ngħataw rikonoxximent minn din id-dar ta’ pubblikazzjoni u l-magazines barranin tagħha. Dan ħoloq relazzjoni kontinwa u promozzjoni ta’ bdil kummerċjali u opportunitajiet ta’ negozju. Il-club joffri wkoll konsulenza u jorganizza kull sena fora għal bdil ta’ ideat u esperjenzi. |
| Il-premju | mogħti minn ‘Editorial Ofice’ u t-‘trade leaders club’ ta’ Spanja mhux wieħed li min jieħdu jinnomina lilu nnifsu għalih. Għalhekk meta Ta’ Soldi Restaurant ta’ l-Imġarr rebħu dan il-premju prestiġġjuż ma kienux jafu. Huma ġew infurmati li kienu rebħu u ġew mitluba jattendu għaċ-ċerimonja ta’ l-għoti tal-premju f’Madrid. |
| Mario | Gatt, il-proprjetarju Ta’ Soldi Restaurant mar Madrid fejn kien ippreżentat bil-premju matul ċerimonja speċjali li għaliha kienu preżenti r-rebbieħa kollha fid-diversi kategoriji. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech, flimkien mas-Segretarju Paralmentari Edwin Vassallo kienu Ta’ Soldi Restaurant fejn tħabbar l-għoti ta’ dan il-premju lil dan ir-ristorant. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li pajjiżna kien qed jagħmel minn kollox biex jgħolli l-livell tal-prodott turistiku għaliex f’dinja fejn il-kompetizzjoni qed tikber ta’ kuljum ridna bilfors noffru l-aħjar biex inżommu sehmna f’dan il-qasam, u anke nkabbruh. Hu qal li kienet ukoll il-politika tal-Gvern preżenti li jiddiversifika s-suq turistiku tagħna lil hinn mill-baħar, ir-ramel u x-xemx lejn niċeċ oħra. Hu qal li dawn in-niċeċ s’issa diġa qed jattiraw 44 fil-mija tat-turisti kollha li jżuruna iżda jekk irridu li nkomplu nkabbru dan is-settur jeħtieġ li nissuktaw niddivversifikaw. |
| “L-ikel | hu komponent importanti ta’ l-infrastruttura turistiku. L-ikel Malti hu reklam għal pajjiżna. Il-mod kif nippreparawh u nservuh ikompli jgħolli l-prodott Malti u jagħżlu minn dak ta’ pajjiżi oħra. L-ikel tajjeb jħalli f’min iżurna esperjenza tajba li hi l-akbar promozzjoni għas-settur turistiku,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. |
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958