Left arrow Mur Lura

L-IŻVILUPP U X-XOGĦOL HUMA S-SOLUZZJONI VERA GĦALL-IMMIGRAZZJONI  LLEGALI

pr0846
Date Icon 06/06/2006

Il-Ministru Louis Galea sostna li l-iżvilupp u x-xogħol fil-pajjiżi foqra u sotto żviluppati huma l-vera soluzzjoni għall-immigrazzjoni, speċjalment dik illegali.  

Filwaqt li kooperazjoni internazzjonali li tipprovdi għajnuna umanitarja u ħidma  tal-forzi tas-sigurta` ser jibqgħu importanti ħafna, huwa biss billi jiġu meqruda l-kawżi tal-faqar u tal-gwerrer li l-migrazzjoni tista` tkun żvilupp posittiv sew għall-pajjiżi li minnhom qed jaħirbu l-eluf kif ukoll għall-pajjiżi li jirċievu dawn l-immigranti. 

Dan kien il-messaġġ ewlieni li l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr Louis Galea, wassal illum fl-indirizz tiegħu lill-Konferenza ta’ l-Organizazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) li qed tiltaqa` f’Ginevra.  

Id-delegazzjoni Maltija għall-Konferenza tinkludi rappreżentanti tal-GWU u tas-CMTU, ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) u l-FOI, u rappreżentanti tal-Gvern immexxija mid-Direttur tax-Xogħol Dr Noel Vella.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow