Left arrow Mur Lura

DELEGAZZJONI MILL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ FL-ESTONJA

pr0844
Date Icon 05/06/2006

Delegazzjoni Parlamentari mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej mmexxija mill-Onor Jason Azzopardi u komposta mill-Onor. Leo Brincat, l-Onor. Jose’ Herrera u l-Onor. Clyde Puli, waqt żjara li qed tagħmel fl-Estonja, elaborat dwar il-possibbilta’ li fid-dawl tar-relazzjonijiet li Malta għandha mad-Dinja Għarbija, Malta tista' tgħin lill-pajjiżi Baltiċi biex jippenetraw fis-swieq tal-Lvant Nosfani u ta' l-Afrika ta' Fuq u biex jużaw lil Malta bħala bażi loġistika għall-familji tagħhom.  

Il-Parlamentari ta' l-Estonja wrew l-impenn tagħhom li l-Unjoni Ewropea jkollha l-politika komuni tagħha dwar l-immigrazzjoni llegali, minkejja li huma m'humiex milquta minn din il-problema daqs kemm hija milquta Malta.  Ġie diskuss ukoll li l-Unjoni Ewropea għandha jkollha politika dwar l-Afrika biex il-problema ta' l-immigrazzjoni llegali tiġi attakkata mis-sors tagħha.  

Flimkien ma' uffiċjali tal-Gvern ta' l-Estonja, id-delegazzjoni Maltija ddiskutiet l-aħħar żviluppi fl-informatika fiż-żewġ pajjiżi rispettivi, fosthom dwar l-e-government, l-e-health, e-voting u l-e-cabinet. Id-delegazzjoni Maltija semmiet il-proġett ta' Smart City u l-investiment kbir li Malta qed tattira f'dan il-qasam. Iż-żewġ naħat qablu li għandu jkun hemm aktar koperazzjoni f'dan il-qasam hekk importanti għall-iżvilupp tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow