Left arrow Mur Lura

L-OPPOŻIZZJONI TIBQA TIRREPETI L-ALLEGAZZJONIJIET MINGĦAJR MA TISPEĊIFIKA FUQ XHIEX QIEGĦDA TIBBAŻA L-KRITIKA TAGHĦA

pr0839
Date Icon 04/06/2006

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent isostni li dalgħodu l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni reġa’ nfexx jagħmel akkużi fl-arja u bla bażi għal opportuniżmu politiku, minflok ma jispeċifika fuq xhiex qed jibbaża l-kritika tiegħu fir-rigward tal-proċess ta’ aġġustament tal-konfini ta’ l-iżvilupp.  Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni lanqas mhu jgħid x’inhi l-alternatttiva tiegħu għal dan il-proċess.

L-oppożizzjoni trid li jsir l-aġġustament, trid li jsir b’mod limitat jew trid li jsir aġġustament aktar wiesgħa tal-konfini ta’ l-iżvilupp?

Jidher li l-Kap tal-Oppozizzjoni għadu ma jagħmilx differenza bejn konsultazzjoni pubblika u qlajjiet bla bażi u isteriżmu.

Għal darb’oħra, l-Opożizzjoni, minflok ma tagħti sehemha fi proċess sensittiv li l-Parlament għandu dmir li jikkonkludi, qiegħda tagħmel minn kollox biex tfixkel dan il-proċess trasparenti u maħsub biex jiġu indirizzati ċerti anomaliji u inġustizzji li rriżultaw mill-iskemi proviżorji ta’ l-1988.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow