Aktar attivitajiet biex ifakkru Jum l-Ambjent 2006
L-attivitajiet organizzati mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent biex ifakkru Jum l-Ambjent 2006 komplew fi tmiem il-ġimgħa. Dawn l-attivitajiet kienu jinkludu t-tħawwil ta’ siġar li nxtraw mill-fondi miġbura s-sena li għaddiet mill-maratona ta’ l-għawm minn personalitajiet magħrufa.
F’messaġġ qasir ta’ l-okkażjoni waqt l-attivita’ li saret f’Ta’ Qali, l-Ministru George Pullicino irringrazzja lil kull min qed jagħti s-sehem tiegħu favur l-ambjent ta’ pajjiżna. Hu tenna li l-ambjent huwa ta’ kulħadd u wera l-apprezzament tiegħu li aktar nies qed ikunu lesti li jikkontribwixxu b’mod dirett favur l-ambjent.
F’attivita’ oħra li saret fl-inħawi ta’ l-Exiles f’Tas-Sliema, l-Ministru George Pullicino ingħaqad ma’ grupp ta’ għaddasa mid-Dive Systems Malta u ħa sehem f’tindifa f’qiegħ il-baħar.
Intant, l-attivitajiet biex ifakkru Jum l-Ambjent jilħqu l-qofol tagħhom f’dawn il-jiem bl-Echofest li tittella’ fi Ġnien l-Indipendenza f’tas-Sliema nhar is-Sibt 3 u l-Ħadd 4 ta’ Ġunju mill-5pm ’il quddiem, u attivitajiet oħrajn li se jsiru nhar it-tnejn 5 ta’ Ġunju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958