IŻ-ŻJARA TAL-PRIM MINISTRU F’LONDRA: JINDIRIZZA UDJENZA DISTINTA F’CHATHAM HOUSE U JKOMPLI BIL-LAQGĦAT TIEGĦU BĦALA CHAIRPERSON-IN-OFFICE TAL-COMMONWEALTH
Il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi illum kompla biż-żjara tiegħu f’Londra fejn indirizza udjenza distinta f’Chatham House, waħda mill-aktar think tanks magħrufa fir-Renju Unit. Fl-indirizz tiegħu, il-Prim Minstru tkellem dwar kif Malta qed tipprepara għall-introduzzjoni tal-Ewro. Fost l-udjenza preżenti kien hemm il-Professur Edward de Bono, li mexxa il-lagħqa, membri ta’ Chatham House u organizzazjoniet oħra kif ukoll ġurnalisti Inglizi mill-BBC World Service, it-Times ta’ Londra u The Economist Intelligence Unit.
Uħud mill-mistoqsijiet li saru lil Dr Gonzi mill-pubbliku preżenti, kienu dwar l-immigrazzjoni illegali, ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-ġirien tagħha fil-Mediterranan kif ukoll il-Kostituzzjoni Ewropea u l-effetti tagħha fuq il-poplu Malti.
Aktar tard, il-Prim Ministru kompla bil-laqghat tieghu bhala Chairperson-In-Office tal-Commonwealth.
Huwa iltaqa’ ma’ Don McKinnon, is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth fejn iddiskuta miegħu l-iżviluppi fil-Commonwealth wara c-CHOGM li sar f’Malta ftit tax-xhur ilu. Dr Lawrence Gonzi iltaqa’ wkoll mal-Kummissarji Gholja tal-Commonwealth u mal-istaff tas-Segretarjat tal-Commonwealth u l-Commonwealth Foundation.
Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Kummissarju Għoli għar-Renju Unit, Dr. Michael Refalo u mis-Sur Edgar Galea Curmi, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958