IL-GVERN KOMMESS LI JWETTAQ IL-PROĠETT TAL-PARK AND RIDE
B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet mogħtija mill-Kap tal-Oppożizzjoni dal-għodu fuq is-sit fejn ser jitwettaq il-proġett tal-Park and Ride għall-Belt u l-Floriana, il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq irid jiċċara dan li ġej:
Il-proġett tal-Park and Ride għall-Belt Valletta u l-Floriana kien maqsum fi tliet fażijiet.
L-ewwel fażi kienet tikkonsisti f’titjib fit-toroq li hemm fl-inħawi ta’ Crownworks u Hornworks biex it-traffiku jkollu aċċess dirett lejn il-Park and Ride. Dan ix-xogħol fuq żewġ junctions fil-Blata l-Bajda u junction oħra fil-Floriana tlesta matul l-aħħar sena b’investiment ta’ Lm120,000.
It-tieni fażi kienet tikkonsisti fil-ħruġ ta’ tender għall-operat tal-Park and Ride. Għalkemm dan it-tender kien ġie aġġudikat, kien hemm żewġ oġġezzjonijiet minn operaturi li ma rebħux is-sejħa għall-offerti. Bħalissa iż-żewġ appelli jinstabu quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ.
It-tielet fażi tinvolvi xogħolijiet infrastrutturali fuq is-sit ta' Hornworks u Crownworks. It-tender għal dawn ix-xogħolijiet ġie aġġudikat mill-Kumitat tal-Kuntratti u bħalissa jinsab fil-perjodu ta’ ħmistax-il ġurnata għall-oġġezzjonijiet. Dan għandu jagħlaq fis-sitta ta’ Ġunju.
Tajjeb jingħad li l-bieraħ stess ingħatat risposta parlamentari dwar dan l- suġġett għal mistoqsija li saret minn Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni. Minn dan kollu joħroġ biċ-ċar li l-Gvern għadu kommess li jwettaq dan il-proġett u min-naħa l-oħra joħroġ fil-beraħ il-tgħawwiġ tal-fatti mill-Kap tal-Oppożizzjoni meta jgħid li dan il-proġett mhux ser isir.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958