Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA JŻUR L-ISKEJJEL FIX-XAGĦRA

pr0827
Date Icon 01/06/2006

Il-President Eddie Fenech Adami ltaqa’ ma’ l-istudenti tat-tliet skejjel fix-Xagħra Għawdex, bħala parti miż-żjara uffiċjali tiegħu li qed jagħmel fil-lokalita’.

Il-President, filwaqt li stqarr li kien ta’ pjaċir għalih li jiltaqa’ ma’ l-istudenti, iddeskriva l-esperjenza ta’ dalgħodu bħala waħda ta’ sodisfazzjon. Dan għaliex fiha ra li l-istituzzjonijiet edukattivi sa minn eta’ żgħira għal dik żagħżugħa, qegħdin jgħinu lill-istudenti jagħmlu ħilithom biex jużaw it-talenti tagħhom biex fi żmien ta’ formazzjoni, jiżviluppaw il-karattru personali.  Il-President ta’ Malta żied jgħid illi fl-iżvilupp tal-karattru “għandna nirrikonoxxu dak li jagħmilna Maltin bil-valuri nsara tagħna.”

Il-President wera l-apprezzament tiegħu meta sar jaf illi l-iskola primarja Patri Mattew Sultana hija ‘Eco-School’.  Fil-fatt wara l-ġurnata ta’ l-iskola tal-lum, uħud minn dawn it-tfal marru fil-Parlament fejn kellhom jitkellmu fuq l-ambjent u jistaqsu mistoqsijiet lid-deputati.  Il-President żied jgħid li tul dawn iż-żjarat qed jinnota li mhux magħruf biżżejjed mill-opinjoni pubblika, kemm huwa għoli l-livell li laħqu l-iskejjel tagħna.

Għal din l-okkażjoni, l-istudenti ħejjew numru ta’ attivitajiet bħal kant, qari ta’ poeżiji u anke preżentazzjoni ta’ parti minn dramm. Il-President Fenech Adami żar ukoll numru ta’ klassijiet.

Il-President beda ż-żjara tiegħu billi flimkien mas-Sinjura Fenech Adami żar l-iskola St. Francis, immexxija mis-sorijiet tal-Kunvent ta’ Ġesu’ Nazzarenu. Il-President żar ukoll l-iskola Primarja Patri Mattew Sultana kif ukoll l-MCAST fejn hawnhekk seta’ jara xi proġetti li ħejjew l-istudenti żgħażagħ. Il-President sellem u rringrazzja lil kull min jagħti sehem fil-ħidma siewja ta' dawn l-istituzzjonijiet.

Sadanittant, is-Sinjura Fenech Adami, tul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu ltaqgħet ma’ l-anzjani fid-Day Centre tax-Xagħra.

Il-lejla l-President ser jiltaqa' ma' rappreżentanti ta' diversi għaqdiet volontarji, filantropiċi u soċjali tax-Xagħra.

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Ġunju, 2006 il-President u s-Sinjura Fenech Adami, ser jiltaqgħu mar-residenti tax-Xagħra. Iż-żjara tinkludi l-quddiesa tal-11.00 a.m. fil-Knisja Parrokkjali, żjarat għand residenti Xagħrin li jispeċjalizzaw f’ikel sinonimu mar-raħal, bħal Qagħaq ta’ l-Għasel u Ilma Zahar. Ser iżuru wkoll is-siti storiċi bħal Mitħna ta’ Kola, kif ukoll iċ-Ċentru taż-Żgħażagħ u l-Każin tal-Banda Victory.

Din hija waħda minn sensiela ta' żjarat li minn xahar għal ieħor, il-President ta' Malta, qed jagħmel fl-ibliet u rħula ta' Malta u Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow