Left arrow Mur Lura

IL-GVERN F’DISKUSSJONIJIET MAL-FKNK

pr0817
Date Icon 01/06/2006

Esperti min-naħa tal-Gvern bdew sensiela ta’ laqgħat mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti biex jiddiskutu u janalizzaw fid-dettall il-punti tekniċi u l-interpretazzjoni legali ta’ l-Avviż Legali dwar il-Konservazzjoni ta’ l-Għasafar Selvaġġi. L-għan ta’ dan l-Avviż Legali huwa li r-Regolamenti ta’ Malta jiġu konformi mad-Direttiva ta’ l-Għasafar ta’ l-Unjoni Ewropea. 

Din il-laqgħa saret b’riżultat tal-laqgħa tal-ġimgħa li għaddiet bejn il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino u l-FKNK. 

Il-Gvern isostni li l-iskop tar-Regolamenti ġodda m’huwiex li tieqaf il-kaċċa imma li jiġi żgurat li din tiġi pprattikata mingħajr ma tpoġġi f’periklu l-ħarsien ta’ l-għasafar. Huwa meħtieġ li l-kaċċa f’Malta tibqa’ ssir skond il-parametri preskritti mil-liġi u permezz ta’ prattiċi sostenibbli fl-interess taċ-ċittadini kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow