Left arrow Go Back

TĦAWWIL TA’ SIĠAR F’TA’ QALI

pr0814
Date Icon 31/05/2006

Il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi Dr Lawrence Gonzi dalgħodu mexxa ċerimonja ta’ tħawwil ta’ siġar fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali. Din hi waħda minn għadd ta’ inizjattivi li qed jieħu l-Ministeru tal-Finanzi bil-għan li jitħares l-ambjent ta’ madwarna. B’din l-inizjattiva, id-Dipartimenti u organizzazjonijiet fi ħdan il-Ministeru qegħdin jiffinanzjaw it-tħawwil ta’ għadd ta’ siġar.

Il-Prim Ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu li jattendi għal din l-attivita’ rari li ġabret flimkien Dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tal-Ministeru tal-Finanzi kif ukoll il-Bank Ċentrali, għal inizjattiva favur l-ambjent. Din hi waħda mill-inizjattivi li ttieħdu relatati ma’ riċiklaġġ ta’ skart u konservazjoni ta’ enerġija. “Hemm bżonn li nieħdu ħsieb l-ambjent. Il-messaġġ qawwi li jrid jitwassal illum hu li l-ambjent hu ta’ kulħadd u fl-interess ta’ kulħadd. Għandna nibżgħu għall-ambjent ta’ madwarna biex ingawduh aħna kif ukoll dawk li jżuruna.”

Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech qal li l-iskart f’ħafna Dipartimenti qiegħed jiġi separat. Qed issir kampanja fost l-impjegati biex kemm jista’ jkun ma’ jiġux stampati dokumenti, waqt li għadd ta’ bozoz fil-Ministeru tal-Finanzi inbidlu għal ‘energy saving lamps’. Il-Ministru George Pullicino faħħar din l-inizjattiva kif ukoll inizjattivi oħra li qegħdin jittieħdu b’riżq l-ambjent.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll rappreżentant tas-Segretarju Permanenti Prinċipali, Kapijiet ta’ Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, iċ-Chairman ta’ l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, iċ-Chairman tal-Borża ta’ Malta u l-Viċi Chairman ta’ l-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Logħob.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow