Left arrow Mur Lura

“Jeħtieġ li f’pajjiżna jkollna aktar imprendituri” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

pr0808
Date Icon 30/05/2006

“Li jkollna aktar imprendituri jfisser li jkollna aktar persuni f’kull qasam tan-negozji li għandhom dawn il-kwalitajiet: 

§                    Viżjoni (u allura huma leaders fil-qasam tagħhom)

§                    Kapaċita’ li jkunu innovattivi

§                    Għandhom stima għolja tagħhom infushom u ta’ xogħolhom

§                    Posittivi fil-ħsibijiet tagħhom

§                    Jkunu persuni responsabbli

§                    Għandhom il-ħila li jikkomunikaw

“Min qiegħed fin-negozju irid jifhem li huwa għandu d-dmir li jkun ta’ servizz u jrid jagħraf il-ħtieġa ta’ l-osservanza ta’ l-etika u l-valuri fuq xogħlu.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo kien qiegħed jitkellem fil-ftuħ ta’ l-ewwel seminar fl-imprenditorija organizzat mill-MCAST.  Dan is-seminar ġie organizzat fl-Istitut tal-Bini u l-Kostruzzjoni u kien hemm attendenza tajba ħafna mill-istudenti ta’ dan l-istitut.

L-Onor. Vassallo kompla billi qal li “hemm differenza bejn imprenditur u negozjant, u jekk wieħed iħares madwaru jara d-differenza.  L-imprenditur jagħti valur lin-negozju tiegħu u mhux sempliċement ibiegħ biex jagħmel il-qliegħ.  L-imprenditur huwa kontinwament innovattiv fil-ħsibijiet u prattiċi tiegħu.  L-imprenditur huwa responsabbli miegħu nnifsu kif ukoll ma’ ta’ madwaru, li huma l-ħaddiema tiegħu u l-familja.  Huwa jagħti każ ta’ l-ambjent ta’ madwaru – tat-triq, tal-lokalita’ u tal-komunita’.”

Preżenti wkoll għal dan is-seminar kien il-prinċipal ta’ l-MCAST, is-Sur Frank Edwards, kif ukoll Daniel Debono mill-Malta Enterprise, Ray Cassar mill-Organizzazzjoni tal-Koperattivi u Joe Bezzina mill-ETC, li taw informazzjoni u tkellmu fuq skemi varji dwar l-imprenditorija u kif wieħed jista’ jiftaħ in-negozju tiegħu.

L-Onor. Vassallo semma wkoll li għall-ewwel darba, fi skejjel primarji ser ikun qiegħed jiġi mplimentat programm ta’ edukazzjoni fl-imprenditorija, programm li mhux neċessarjament jinvolvi suġġetti u lezzjonijiet ġodda, iżda programm li jista’ jiġi mplimentat f’suġġetti li diġa’ jeżistu fl-iskejjel.

Fit-tmiem tad-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “is-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna jiddependi mill-imprendituri.  Hemm bżonn li noħolqu l-ġid billi nibnu fuq il-ħila tal-ħaddiema tagħna u nutilizzaw ir-riżorsi umani tagħna.  L-industrija avvanzata tkompli f’pajjiżi li jħarsu lejn il-ħiliet tal-persuni.  Intom għandkom tkunu suċċess għalikom u għal pajjiżkom.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow