Left arrow Go Back

FESTIVAL IMMIRAT GĦALL-FAMILJA KOLLHA

pr0806
Date Icon 30/05/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda l-‘Valletta Summer Festival’. Hu qal li M & E Management Group kien magħruf għall-organizzazzjoni ta’ spettakli li bħalhom organizzaw f’26 pajjiż madwar id-dinja. Hu qal li l-aktar spettaklu riċenti li tellgħu f’Malta kien il-kunċert tal-kantant popolari Taljan Amadeo Minghi li ttella’ fit-13 ta’ Mejju f’Pinto Hall fil-Valletta Waterfront.

Il-kumpannija M & E Management Group ser ittella’ il-Valletta Summer Festival fil-Valletta Waterfront nhar il-Ġimgħa 7 u s-Sibt 8 ta’ Lulju. Dan il-festival hu mmirat għall-familja kollha u se jipparteċipaw fih kantanti Taljani u Ingliżi, tribute bands kif ukoll talent Malti.

L-esponenti internazzjonali jvarjaw minn mużika pop għal mużika rock. Fost dawk li ser jipparteċipaw se jkun hemm Debbie Nunn, ‘tribute artist’ ta’ Madonna, it-‘tribute bands’ ewlenin tal-West End ta’ Londra tar-Rolling Stones u Queen, il-kantant internazzjonali Freddie Haze, il-kantanta Taljana Jessica Morlacchi, ex-leader tal-band popolari ma’ udjenza żagħżugħa Gazosa. Se jkun hemm ukoll il-‘band’ popolari Maltija, Scream Daisy kif ukoll kantanti u żeffiena lokali. Ser jipparteċipaw ukoll diversi animaturi għat-tfal.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien ta’ sodisfazzjon għalih jara dawn l-attivitajiet kollha jittellgħu fil-Valletta Waterfront. Hu qal li llum il-Valletta Waterfront hu ċentru ta’ attività kummerċjali u rikreattiva. Hu wkoll il-vetrina ta’ pajjiżna għall-eluf kbar ta’ turisti li jżuru pajjiżna abbord ‘cruise liners’. Hu qal li permezz ta’ l-organizzazzjoni tal-Valletta Waterfront qed jiżdiedu n-numru ta’ viżitaturi li qed jiġu Malta abbord cruise liners kif jirriżulta minn ċifri ppubblikati dan l-aħħar mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika li juru li fl-ewwel erba’ xhur tas-sena żaru Malta 48 fil-mija aktar turisti mill-istess perijiodu s-sena l-oħra.

“Il-Valletta Waterfront hu llum kalamita għal attivitajiet fuq skala nazzjonali. Wara li kienu organizzati diversi kunċerti, fosthom dak mill-kantant Amadeo Minghi, issa qed ikun organizzat f’dan il-post Festival ta’ jumejn maħsub għall-familja kollha. Dawn huma attivitajiet li jattiraw artisti rinomati Maltin u barranin biex jingħata l-aqwa spettaklu ta’ mużika u kant,” qal il-Ministru Zammit Dimech.

Il-Ministru għat-Turżimu u Kultura qal li dawn l-attivitajiet kienu jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tas-settur turistiku billi joffru lill-viżitatur diversità ta’ attivitajiet u opportunità li jiddevertu mal-Maltin f’ambjent uniku li jorbot l-istorja mal-preżent. Il-Ministru Zammit Dimech feraħ lil M & E Management Group għall-organizzazzjoni ta’ dan il-Festival filwaqt li awguralhom kull suċċess ħalli jorganizzaw aktar attivitajiet ta’ dan it-tip.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow